Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Tistabbilixxi r-rwol, ir-responsabilitajiet, il-kompiti u l-istruttura organizzazzjonali tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
PUNTI EWLENIN
Rwol
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (OP) huwa uffiċċju interistituzzjonali bil-kompitu li jippubblika l-pubblikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE. Huwa responsabbli għall-ħruġ ta’ pubblikazzjonijiet legali u ġenerali kemm fuq karta kif ukoll f’format elettroniku, bħal:
id-distribuzzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali, tat-testi uffiċjali minbarra dawk ippubblikati fl-Ġurnal Uffiċjali u ta’ pubblikazzjonijiet oħra mhux obbligatorji (permezz tas-siti EUR-Lex u Pubblikazzjonijiet tal-UE jew stampati fuq karta);
l-arkivjar fiżiku u elettroniku;
il-ħolqien, ix-xiri, il-ġestjoni, l-aġġornament, il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-listi tal-indirizzi tal-istituzzjonijiet u l-ħolqien ta’ listi ta’ indirizzi mmirati.
Ir-responsabilitajiet tal-istituzzjonijiet
Kull waħda mill-istituzzjonijiet għandha tuża s-servizzi tal-OP għall-pubblikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet obbligatorji tagħha.
Fejn jidħlu l-pubblikazzjonijiet mhux obbligatorji, l-istituzzjonijiet tal-UE jiddeċiedu jekk iridux jagħmlu użu mis-servizzi tal-OP jew le.
Fil-każijiet fejn l-istituzzjonijiet tal-UE joħorġu pubblikazzjonijiet mingħajr l-involviment tal-OP, għandhom madankollu jitolbu lill-Uffiċċju għal identifikaturi (klassifikazzjoni tal-pubblikazzjonijiet b’mod inekwivoku u esklussiv) u jipprovdulu kopji tal-pubblikazzjonijiet.
Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas- dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, , pp. 41-47)
Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2009/496/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.