Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Kif jirriżulta mill-kliem tat-Titolu II tiegħu, l-għan tat-Trattat Euratom huwa li “jħeġġeġ il-progress fil-qasam tal-enerġija nukleari”.
B’mod partikolari, l-għan huwa, fi ħdan suq komuni tal-enerġija nukleari:
li jippromwovi r-riċerka;
li jikseb sigurtà tal-provvista għall-pajjiżi kollha tal-UE;
li tiġi stabbilita sistema għas-superviżjoni tal-użu paċifiku ta’ materjali nukleari maħsuba għall-użu ċivili u l-iżgurar ta’ standards komuni għoljin għas-saħħa u s-sigurtà.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
It-trattat huwa strettament limitat għal użi ċivili (mhux militari) tal-enerġija nukleari.
Struttura tat-trattat
It-Titolu I jistabbilixxi 8 kompiti fdati lill-Euratom li t-Titolu II jelabora b’regoli speċifiċi:
jippromwovi r-riċerka, il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-iskambju ta’ informazzjoni teknika - jiġi stabbilit Ċentru Konġunt ta’ Riċerka;
jistabbilixxi standards ta’ sikurezza uniformi biex jipproteġi s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali u jiżgura li jiġu applikati;
jiffaċilita l-investiment u jiżgura, partikolarment billi jinkoraġġixxi impriżi konġunti, l-istabbiliment tal-istallazzjonijiet bażiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’-enerġija nukleari;
jiżgura permezz ta’ politika ta’ provvista komuni li l-utenti kollha fil-Komunità (issa l-UE) jirċievu provvista regolari u ekwa ta’ minerali u fjuwils nukleari - hija stabbilita Aġenzija tal-Provvista tal-Euratom ;
kontroll tal-użu xieraq (b’mod partikolari, mhux militari) u paċifiku ta’ materjali nukleari - is-salvagwardji tal-Euratom huma żgurati minn spetturi ddedikati, li jwettqu verifiki fiżiċi u tal-kontabilità fl-istallazzjonijiet nukleari kollha fil-Komunità;
jeżerċita dritt ta’ pussess ta’ xi materjali fissili speċjali (materjali fissili huma komposti minn atomi li jistgħu jinqasmu b’netroni f’reazzjoni ta’ katina li ssostni lilha nnifisha biex tirrilaxxa ammonti kbar ta’ enerġija);
joħloq suq komuni f’materjali u tagħmir speċjalizzat, b’moviment liberu ta’ kapital għall-investiment fil-qasam tal-enerġija nukleari u l-libertà tal-impjieg għal speċjalisti;
jistabbilixxi ma’ pajjiżi oħrajn u organizzazzjonijiet internazzjonali dawk ir-relazzjonijiet li jrawmu l-progress fl-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari.
Titoli III u IV jikkonċernaw l-istituzzjonijiet u l-finanzi:
Euratom għandha l-istess korpi eżekuttivi mal-UE mit-Trattat li Jgħaqqad (1967). Diġà qasmet xi istituzzjonijiet komuni
Il-kondiviżjoni ta’ setgħat mogħtija lill-istituzzjonijiet fit-Trattat tal-Euratom hija differenti minn dik tal-korpi tal-KEE (issa l-korpi tal-UE li jaġixxu fl-ambitu tal-UE). Il-Parlament b’mod partikolari għandu inqas kontroll fuq l-Euratom, b’poteri ta’ konsultazzjoni biss (l-ebda ko-deċiżjoni).
L-Aġenzija FornitriċiEuratom, korp speċifiku tal-Euratom, għandha personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja u hija taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni.
Minħabba li t-Trattat Li Jgħaqqad, il-Euratom jaqsam ukoll baġit amministrattiv uniku mal-istituzzjonijiet tal-UE. L-infiq fuq R&Ż taħt it-Trattat tal-Euratom madankollu jinżamm taħt baġit separat.
Il-ħames u s-sitt titoli jittrattaw rispettivament ir-regoli ġenerali u r-regoli relatati mal-perjodu inizjali (twaqqif tal-istituzzjonijiet, regoli tal-applikazzjoni inizjali u regoli tranżitorji).
It-trattat jinkludi wkoll ħames annessi li jittrattaw:
l-oqsma tar-riċerka dwar l-enerġija nukleari msemmija fl-Artikolu 4 tat-trattat;
il-vantaġġi li jistgħu jingħataw lil impriżi konġunti skont l-Artikolu 48 tat-trattat;
lista ta’ oġġetti u prodotti soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 dwar is-suq komuni nukleari; u
il-programm inizjali ta’ riċerka u taħriġ imsemmi fl-Artikolu 215 tat-trattat (Artikolu 215 ġie mħassar fil-verżjoni attwali tat-trattat).
MINN META JAPPLIKA T-TRATTAT?
Iffirmat , it-trattat daħal fis-seħħ fl-.
SFOND
It-Trattat dwar il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (EAEC, magħruf aħjar bħala “Euratom”) ġie ffirmat f’Ruma fl-1957, flimkien mat-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), mis-sitt pajjiżi fundaturi tal- Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). It-Trattati tal-KEE u l-KEEA kultant jissejħu t-“Trattati ta’ Ruma”, filwaqt li “t-Trattat ta’ Ruma” jiddeżinja t-Trattat tal-KEE.
B’differenza mit-Trattat tal-KEE, qatt ma saru tibdiliet kbar lit-Trattat Euratom, li jibqa’ fis-seħħ. B’mod partikolari, Euratom ma ngħaqadx mal-Unjoni Ewropea u għalhekk iżomm personalità ġuridika separata, għalkemm għandu l-istess sħubija.