Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Traspożizzjoni nazzjonali

F’din it-taqsima tista’ ssib miżuri adottati mill-Istati Membri tal-UE biex jittrasponu l-atti tal-UE – prinċipalment direttivi – fil-liġi nazzjonali. Tista’ tfittex it-titli, u, jekk disponibbli, it-testi tal-miżuri, flimkien ma’ informazzjoni dwar id-dati tan-notifika, l-identifikaturi nazzjonali tal-atti u links għall-att tal-UE traspost.

Din it-taqsima tiġi aġġornata kull ġimgħa.

Kif tfittex f’din it-taqsima?

In-naħa tax-xellug ta’ din il-paġna tagħti aċċess għal għodod ta’ tiftix.

  • Fittex fit-traspożizzjoni nazzjonali u tintbagħat mill-ġdid għall-formola ta’ tiftixa avvanzata li toffri ħafna għażliet. It-tiftix se jsir biss fl-ambitu tat-taqsima tat-“traspożizzjoni nazzjonali”.
  • It-tiftixa Ippubblikati reċentement tagħti aċċess għad-dokumenti kollha ppubblikati f’din it-taqsima fl-aħħar 14-il jum.

Biex tikseb ħarsa ġenerali tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali kollha adottati għal direttiva speċifika mill-Istati Membri tal-UE, mur fil-paġna tad-direttiva u mbagħad ikklikkja “traspożizzjoni nazzjonali” fil-menu tax-xellug.

Hi disponibbli għodda għat-traduzzjoni awtomatika għat-traduzzjoni tat-titlu u, jekk disponibbli, it-test tal-miżuri nazzjonali fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.