It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-impjiegi

Meta timpjega trid tirrispetta r-rekwiżiti minimi stabbiliti mil-liġi tal-UE dwar l-impjiegi rigward it-termini tal-impjieg għall-istaff u l-bidliet fil-kuntratti tax-xogħol.

Bħala impjegatur, trid tkun taf l-istandards minimi tal-UE dwar is-sigħat tax-xogħol u l-mistrieħ, il-waqfiet mix-xogħol, u x-xogħol ta’ bil-lejl. Derogi minn xi obbligi tal-ħin tax-xogħol huma possibbli jekk jitħallew mil-liġi nazzjonali.

Minbarra l-intitolamenti għal-liv annwali bażiku, ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jistabbilixxu standards minimi għal-liv tal-paternità, tal-ġenituri, u tal-qraba li jindukraw membri tal-familja, kollettivament magħrufin bħala liv tal-familja. Dawn ir-regoli jinkludu wkoll drittijiet addizzjonali, bħad-dritt li jintalbu arranġamenti flessibbli tax-xogħol u d-dritt għal ħin liberu mix-xogħol għal raġunijiet ta’ force majeure.

Anki meta tagħti s-sensja jew tkeċċi l-persunal, għandek obbligi speċifiċi x’tirrispetta. Bħala impjegatur, għandek tkun taf dwar ir-regoli tal-UE fir-rigward tas-sensji kollettivi, tad-drittijiet tal-impjegati matul l-akkwiżizzjoni ta’ negozju, tat-tmiem tal-kuntratti għal żmien fiss u għal żmien qasir, tal-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni fis-sensji, u taż-żamma tal-istandards tal-protezzjoni tad-data matul it-terminazzjoni.

Twissija

Jista’ jagħti l-każ li xi pajjiżi tal-UE jipprovdu livelli ogħla ta’ protezzjoni għall-ħaddiema. Sabiex tifhem bis-sħiħ l-obbligi tiegħek bħala impjegatur ikkuntattja lill-awtorità tal-impjiegi nazzjonali f’pajjiżek.

L-aħħar verifika: 25/09/2025
Ikkondividi din il-paġna