Is-sit web ta’ Jum l-Ewropa
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: https://europe-day.europa.eu/index_mt.
Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web l-oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (DĠ COMM). Huwa mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)
Dan is-sit web huwa mfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fit-13 ta’ Settembru 2022.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fid-19 ta’ Diċembru 2023.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web https://europe-day.europa.eu/index_mt. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Email: comm-europe-day
ec [dot] europa [dot] eu (COMM-EUROPE-DAY[at]ec[dot]europa[dot]eu)
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web https://europe-day.europa.eu/index_mt huwa mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li jintużaw l-aktar:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web https://europe-day.europa.eu/index_mt tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem b’taħlita partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web https://europe-day.europa.eu/index_mt, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web https://europe-day.europa.eu/index_mt.
- Ġerarkija tal-intestaturi: xi intestaturi ma jsegwux il-ġerarkija korretta tal-intestatura, li tista’ tikkawża problemi għall-utenti tal-qarrejja tal-iskrin. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar tal-2025.
- Titli tal-paġna: it-titli tal-paġni mhux dejjem ikunu deskrittivi biżżejjed għax ma jinkludux l-isem tas-sit. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar ta’ Lulju 2025.
- Problema bil-fokus: il-fokus tat-tastiera jista’ jimxi wara l-istrixxun tal-kunsens għall-cookies fil-qiegħ tal-paġna. Din qed nippjanaw li nsolvuha sal-aħħar ta’ Lulju 2025.
- Video player – aċċessibbiltà bil-keyboard: nafu li hemm xi problemi bl-aċċessibbiltà bil-keyboard tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhux possibbli tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
- Deskrizzjoni awdjo: il-videos f’dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni awdjo