Mur għall-kontenut ewlieni

Iltaqa’ magħna

L-UE għandha servizz ċentrali ta’ kuntatt kif ukoll firxa ta’ ċentri madwar l-UE kollha li jipprovdu informazzjoni, servizzi, u appoġġ lill-pubbliku.

Sib liema huma ċ-ċentri tal-UE li jinsabu qrib tiegħek u sir af dwar is-servizzi tagħhom billi tuża l-menus li jinżlu fuq il-mappa ta’ hawn taħt. Tista’ tagħżel iċ-ċentri tal-UE

  • skont il-pożizzjoni ġeografika: ikklikkja fuq il-buttuna “iġġeolokalizzani” biex tara ċ-ċentri kollha tal-UE qrib il-pożizzjoni attwali tiegħek
  • skont il-pajjiż: iffiltra skont il-pajjiż u r-reġjun biex issib ċentru tal-UE
  • skont iċ-ċentru: agħżel li tara ċentru wieħed jew aktar tal-UE fuq il-mappa
  • skont is-suġġett: agħżel suġġett speċifiku biex issib l-aktar ċentru/i tal-UE adattat(i) biex ikollok tweġiba għall-mistoqsija tiegħek.

Ikklikkja fuq wieħed miċ-ċentri tal-UE fuq il-mappa (immarkati b’tikek ikkuluriti) għad-dettalji dwar kif tista’ tagħmel kuntatt u għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi li joffri.

Il-mappa tal-“Unjoni Ewropea madwari”

Skopri liema ċentru jista’ jkunlek utli

Xi ċentri tal-UE jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar l-UE, u oħrajn joffru pariri u servizzi speċjalizzati dwar programmi u temi differenti tal-UE. Skopri liema ċentru huwa l-aktar adattat biex iwieġeb il-mistoqsija tiegħek billi tagħti daqqa t’għajn lejn il-kategoriji ta’ hawn taħt.