Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union
  • Aġenzija jew korp għall-politika estera u ta' sigurtà komuni
  • Il-KESD

Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

Tagħrif ġenerali

  • Ir-rwol tiegħu: Il-fornitur ewlieni tal-UE għat-taħriġ u l-edukazzjoni dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni fil-kuntest usa’ tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE
  • Id-Direttur (Kap): Fergal Ó Regan
  • Is-sena meta twaqqaf: 2005
  • Kemm għandu impjegati: 29
  • Fejn huwa bbażat: Brussell, il-Belġju
  • Is-sit elettroniku tiegħu: Il-KESD

X’jagħmel

Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) jappoġġa l-isforzi tal-UE biex tippromwovi l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà billi jipprovdi taħriġ u edukazzjoni fil-qasam tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) fil-kuntest usa’ tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK). Dan jiżgura li l-persunal ikun imħejji sew biex jaffronta l-isfidi tas-sigurtà attwali u futuri tal-UE filwaqt li jsaħħaħ il-kultura komuni Ewropea tas-sigurtà u d-difiża.

Filwaqt li jiffunzjona bħala network, il-KESD jgħaqqad l-istituti ta’ taħriġ u edukazzjoni ċivili u militari li jaħdmu fuq is-sigurtà u d-difiża. Dan jippermetti l-ġbir flimkien u l-kondiviżjoni tar-riżorsi, jippromwovi l-aħjar prattiki, u jiżgura l-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi filwaqt li jipprovdi taħriġ ta’ kwalità għolja. Jaġixxi wkoll bħala għodda diplomatika, li tikkoopera ma’ sħab tal-istess fehma.

Min jibbenefika 

Mit-tmexxija u l-ġestjoni tal-kriżijiet għaċ-ċibersigurtà, il-KESD joffri firxa wiesgħa ta’ korsijiet għall-persunal tal-Unjoni, kif ukoll għall-persunal ċivili, diplomatiku, tal-pulizija, u militari tal-Istati Membri, li lkoll kemm huma jaħdmu għal futur aktar paċifiku u sigur.

B’enfasi speċjali fuq il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, il-KESD jipprovdi taħriġ fil-fażijiet kollha tal-inkarigi tal-persunal, inkluż taħriġ ta’ qabel l-iskjerament u waqt il-missjoni. Kull sena, jiġu mħarrġin aktar minn 4,500 membru tal-persunal. Barra minn hekk, il-KESD jikkoordina l-programm “Erasmus Militari”, li jiffaċilita l-iskambju ta’ aktar minn 4,000 kadett kull sena.

Kuntatt

Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

Isem
Il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża
Sit web
https://esdc.europa.eu
Indirizz postali

Rue d’Arlon 62
1046 Brussell
Belgium

Media soċjali