Tgħallem u ilgħab
Jekk int student tal-iskola primarja jew sekondarja, dan hu fejn issib logħob, kompetizzjonijiet u kotba ta’ attività biex jgħinuk tiskopri l-UE b’mod divertenti, fil-klassi jew id-dar. Tista’ ssir taf aktar dwar l-istudju jew il-volontarjat barra minn pajjiżek.
Għallem u kkonnettja
Jekk int għalliem u tixtieq tgħin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu dwar l-UE u kif din taħdem, dan huwa sors ta’ materjal għat-tagħlim għall-gruppi tal-etajiet kollha. Barra li ssib ispirazzjoni għall-pjanijiet tal-lezzjonijiet, tista’ wkoll tiskopri opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-UE kollha.
Bil-lingwi kollha tal-UE
Ir-Rokna tat-Tagħlim hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Agħżel il-lingwa li trid fin-naħa ta’ fuq tal-paġna.
Skopri aktar

Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri mumenti importanti fl-istorja, l-invenzjonijiet, l-avvenimenti maġġuri fl-isport u s-soċjetà u aktar....li waslu għall-UE kif nafuha llum.

Sib skejjel biex tingħaqad magħhom, għalliema li tista’ taqsam l-esperjenzi tiegħek magħhom, seminars u ħafna aktar informazzjoni pprovduta min-networks Ewropej.

Sib informazzjoni dwar skambji, boroż ta’ studju, volontarjat, traineeships, impjiegi, żjajjar fl-istituzzjonijiet tal-UE u ħafna aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.
X'hemm ġdid?

Il-Jum għal Internet aktar Sikur jiġi fi Frar ta’ kull sena u huwa okkażjoni rikonoxxuta internazzjonalment biex insiru nafu aktar dwar is-sikurezza online għan-nies ta’ kull età, iżda speċjalment għaż-żgħażagħ.

Żommu l-kolp, intom li tħobbu l-lingwi! Ir-rebbieħa tal-konkors tat-traduzzjoni Juvenes Translatores għall-iskejjel sekondarji se jitħabbru waqt xandira diretta nhar il-Ħamis 13 ta’ Frar fil-11:00. Titlifhiex!

Did you know that there's a special day dedicated to the number that can save your life?