Kuntest
Kull sena, f’Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament. Id-diskors iqis il-kisbiet tas-sena li għaddiet u jippreżenta l-prijoritajiet għas-sena li ġejja.
Il-President tistabbilixxi wkoll kif il-Kummissjoni se tindirizza l-aktar sfidi urġenti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea u l-ideat biex jissawwar il-futur tal-UE.
L-Istat tal-Unjoni 2023
Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fit-13 ta’ Settembru 2023, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen iddeskriviet il-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ewlenin għas-sena li ġejja, filwaqt li tibni fuq is-suċċessi u l-kisbiet tal-Unjoni Ewropea tas-snin li għaddew.


Temi ewlenin: l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna, kif għandha tingħeleb il-kriżi tal-enerġija, il-klima, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, l-appoġġ għall-intrapriżi Ewropej

Temi ewlenin: il-COVID-19, is-saħħa globali, it-tilqim, Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja, l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, l-Unjoni Ewropea tad-Difiża, l-istat tad-dritt u l-libertà tal-media

Temi ewlenin: il-pandemija tal-COVID-19, in-NextGenerationEU, l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, l-Istrateġija Industrijali, id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida