Ir-Reġistru tat-Trasparenza hu bażi tad-data li telenka “rappreżentanti ta’ interess” (organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet, gruppi u individwi li jaħdmu għal rashom) li jwettqu attivitajiet biex jinfluwenzaw il-politika tal-UE u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Hu mfassal biex juri lill-pubbliku liema interessi qed jiġu rappreżentati fil-livell tal-UE, minn min u f’isem min – kif ukoll ir-riżorsi ddedikati għal dawn l-attivitajiet (inklużi l-appoġġ finanzjarju, id-donazzjonijiet, l-isponsorizzazzjoni, eċċ.). Ir-reġistru għandu l-karatteristiċi ewlenin li ġejjin:
- Sit web pubbliku fejn ir-rappreżentanti ta’ interess jirreġistraw informazzjoni aġġornata dwar l-attivitajiet tagħhom fil-livell tal-UE
- Kodiċi ta’ kondotta li jirregola kif ir-rappreżentanti ta’ interess għandhom jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet tal-UE
- Mekkaniżmu tal-ilmenti li jippermetti lil kulħadd jagħti bidu għal inkjesta amministrattiva f’każijiet allegati fejn rappreżentanti ta’ interess reġistrati jkunu naqsu milli josservaw il-kodiċi.
Djalogu miftuħ
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea huma miftuħin u trasparenti fid-djalogu regolari tagħhom mar-rappreżentanti ta’ interessi u s-soċjetà ċivili.
Dawn l-istituzzjonijiet tal-UE jinteraġixxu ma’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet u gruppi li jirrappreżentaw interessi speċifiċi. Din hi parti leġittima u neċessarja mill-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE jirriflettu l-bżonnijiet reali taċ-ċittadini.
Madankollu, dan il-proċess għandu jkun miftuħ, biex jippermetti skrutinju pubbliku xieraq u jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE huma responsabbli lejn iċ-ċittadini Ewropej.
Aktar ma l-proċess ikun miftuħ, aktar ikun faċli li tiġi żgurata rappreżentanza bbilanċjata mill-gruppi ta’ interess kollha u li tiġi evitata pressjoni żejda jew aċċess privileġġat għall-informazzjoni jew għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għal ċerti partijiet.
Ir-regoli u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistru huma stabbiliti fi ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.
Aħbarijiet
From now on, the Register will automatically compare the financial information given by clients and intermediaries.
This will help to improve data quality and spot possible inconsistencies in their declarations.
NEW: Transparency Register gets a new feature – Re-activation of removed registrations with the same registration (REG) number
New rules on meetings with interest representatives to apply from January 2025