It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) / It-Trattat ta’ Maastricht
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ġie ffirmat f’Maastricht fil-preżenza tal-President tal-Parlament Ewropew, Egon Klepsch.
Skont dan it-Trattat, l-Unjoni Ewropea twaqqfet fuq il-bażi tal-Komunitajiet Ewropej (l-ewwel pilastru), b’żewġ oqsma addizzjonali ta’ koperazzjoni (it-tieni u t-tielet pilastru): il-Politika Esterna u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (ĠAI).
Bidliet kbar għall-Parlament Ewropew
Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ekonomika Ewropea saret il-Komunità Ewropea. Is-setgħat leġiżlattivi u superviżorji tal-Parlament Ewropew żdiedu hekk kif ġiet introdotta l-proċedura ta’ kodeċiżjoni u ġie estiż l-użu tal-proċedura ta’ koperazzjoni.
Skont it-Trattat il-ġdid, il-Parlament kiseb id-dritt li jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar kwestjonijiet li, fil-fehma tiegħu, jitolbu t-tħejjija ta’ att Komunitarju. Il-Kummissjoni kollha kellha wkoll tiġi approvata mill-Parlament. Barra minn hekk, il-Parlament sar responsabbli għall-ħatra tal-Ombudsman Ewropew.
- Iffirmat: f’Maastricht (in-Netherlands) fis-7 ta’ Frar 1992
- Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Novembru 1993