It-Trattat li Jgħaqqad
It-Trattat li Jgħaqqad
It-Trattat li Jgħaqqad tal-1965 għaqqad l-korpi eżekuttivi tal-Komunitajiet Ewropej eżistenti f'Kummissjoni waħda u stabbilixxa Kunsill wieħed tal-Komunitajiet Ewropej.
Kif miftiehem fil-Konvenzjoni dwar ċerti istituzzjonijiet komuni għall-Komunitajiet Ewropej, iffirmata f'Ruma fl-1957, diġà kien hemm Assemblea Parlamentari waħda u Qorti tal-Ġustizzja waħda.
Wara li ngħaqdu l-istituzzjonijiet, it-tliet komunitajiet – il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) – saru kollettivament magħrufa bħala l-Komunitajiet Ewropej.
- Iffirmat: fi Brussell (il-Belġju) fit-8 ta’ April 1965
- Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Lulju 1967