It-Trattat ta' Liżbona 

Il-Konferenza Intergovernattiva responsabbli mit-tħejjija tat-Trattat Ewropew ta’ Riforma tnediet f’Liżbona fit-23 ta’ Lulju 2007. Il-Parlament Ewropew kien irrappreżentat minn Elmar Brok, Enrique Barón Crespo u Andrew Duff.

It-test tat-Trattat kien approvat waqt laqgħa bejn il-kapijiet tal-istat u l-gvern f’Liżbona bejn it-18 u d-19 ta’ Ottubru 2007. It-Trattat ta’ Liżbona ġie ffirmat fil-preżenza tal-President tal-Parlament Ewropew Hans-Gert Pöttering fit-13 ta’ Diċembru 2007, wara proklama fil-Parlament dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill.

Bidliet kbar għall-Parlament Ewropew

Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Liżbona , il-Parlament għandu d-dritt li jaħtar il-President tal-Kummissjoni, abbażi ta' proposta mill-Kunsill Ewropew li tqis ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-proċess ta’ kodeċiżjoni nfirex fuq oqsma ġodda, u sar l-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

L-iffirmar tat-Trattat ta' Liżbona