Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0808(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0279/2007

Testi mressqa :

A6-0279/2007

Dibattiti :

PV 11/07/2007 - 5
CRE 11/07/2007 - 5

Votazzjonijiet :

PV 11/07/2007 - 7.2
CRE 11/07/2007 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0328

Testi adottati
PDF 225kWORD 58k
L-Erbgħa, 11 ta' Lulju 2007 - Strasburgu
It-tlaqqigħ tal- Konferenza Intergovernattiva: opinjoni tal-Parlament Ewropew
P6_TA(2007)0328A6-0279/2007

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2007 dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva (IGC): l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (Artikolu 48 tat-Trattat UE) (11222/2007 – C6-0206/2007 – 2007/0808(CNS))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0206/2007),

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta" l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa ffirmat f'Ruma fid-29 ta' Ottubru 2004 (minn issa 'l quddiem immsejħa bħala "it-Trattat Kostituzzjonali"),

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea kif iffirmata u mħabbra f'Nizza fis-7 ta" Diċembru 2000,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Laeken tal-15 ta" Diċembru 2001 dwar il-ġejjieni ta" l-Unjoni,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Berlin tal-25 ta" Marzu 2007 fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju ta" l-iffirmar tat-Trattati ta" Ruma,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta" Jannar 2005 dwar it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa(1) u tas-7 ta" Ġunju 2007 dwar il-pjan direzzjonali tal-proċess kostituzzjonali ta' l-Unjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Mejju 2007 dwar il-pjan direzzjonali għall-proċess kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Ġunju 2007 dwar it-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta' riforma ta' l-Unjoni Ewropea bi tħejjija għall-Kunsill Ewropew tal-21 u tat-22 ta' Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa parlamentari konġunta dwar il-ġejjieni ta' l-Ewropa li saret fil-11 u fit-12 ta' Ġunju 2007 fi Brussell,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li saru fi Brussell fil-21 u fit-22 ta" Ġunju 2007 li jistabbilixxu l-mandat għall-Konferenza Intergovernattiva,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0279/2007),

Billi:

A.   sentejn ta" riflessjoni dwar il-ġejjieni ta" l-Ewropa kkonfermaw il-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat u mtejjeb il-kontenut ta" l-innovazzjonijiet tat-Trattat Kostituzzjonali f'termini ta" demokrazija, effiċjenza u trasparenza sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq ta" l-Unjoni Ewropea kif ukoll biex jissaħħu d-drittijiet taċ-ċittadini tagħha u l-irwol tagħha fid-dinja,

B.   din l-opinjoni hija kondiviża b'mod wiesgħa mil-parlamenti nazzjonali ta" l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, li r-rappreżentanti tagħhom fasslu l-bażi ta" dawn l-innovazzjonijiet fl-ambitu tal-Konvenzjoni inkarigata bit-tfassil tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-ambitu tal-Konvenzjoni Ewropea,

C.   il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2007 qabel dwar it-tlaqqigħ tal-' Konferenza Intergovernattiva b' mandat li li hiya tittrasforma l-biċċa l-kbira ta" l-innovazzjonijiet li jinstabu fit-Trattat Kostituzzjonali f'emendi għat-Trattati fis-seħħ,

D.   dak il-mandat huwa preċiż ħafna u jippermetti wkoll lill-Konferenza Intergovernattiva biex tasal għal qbil malajr fuq il-modifikazzjoni ta" xi wħud mill-innovazzjonijiet li jinsabu fit-Trattat Kostituzzjonali, mingħajr ma tkun ipperikolata s-sustanza tiegħu;

E.   il-mandat, madankollu, jirrinunzja għall-ambizzjoni li jinħoloq trattat kostituzzjonali waħdieni biex jissostitwixxi dawk eżistenti, jabbanduna terminoloġija li kieku tagħti liċ-ċittadini fehim ċar tan-natura ta" l-atti ta" l-Unjoni, ma jżommx sett ta" simboli li kieku jagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini jidentifikaw ma" l-Unjoni Ewropea, u jinkludi bosta "opt-outs" f'ċerti oqsma fejn l-Istati Membri individwali qajmu diffikultajiet;

F.   il-mandat ma jindirizzax biżżejjed l-isfidi ġodda li qiegħda tiffaċċja l-Unjoni kemm ilu li ġie ffirmat it-Trattat Kostituzzjonali;

G.   il-Parlament Ewropew, bħala l-unika istituzzjoni ta" l-Unjoni eletta direttament miċ-ċittadini, għandu d-dmir li jesprimi l-interess komuni ta" l-Unjoni Ewropea sabiex tissaħħaħ il-kostruzzjoni Ewropea u l-metodu Komunitarju, li għal aktar minn 50 sena kienu sors ta" paċi u prosperità;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill biex jintlaħaq ftehim unanimu fil-Kunsill Ewropew tal-21-22 ta' Ġunju 2007;

2.  Jieħu nota tal-mandat għall-Konferenza Intergovernattiva li ġie miftiehem mill-Kunsill Ewropew; jilqa" b'sodisfazzjon il-preċiżjoni elaborata tiegħu u l-iskeda stretta għall-konklużjoni tal-Konferenza Intergovernattiva, u jistieden lill-Istati Membri biex ma jirtirawx mill-impenji li daħlu għalihom fil-Kunsill Ewropew; jesprimi opinjoni favorevoli dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva;

3.  Jiddispjaċih, madankollu, li dan il-mandat jimplika t-telf ta" xi elementi importanti li kien intlaħaq qbil fuqhom fil-Konferenza Intergovernattiva ta" l-2004, bħal ma huma l-kunċett ta' trattat kostituzzjonali, is-simboli ta' l-Unjoni, ismijiet li jinfehmu għall-atti legali ta" l-Unjoni, dikjarazzjoni ċara tas-supremazija tal-liġi ta" l-Unjoni u id-definizzjoni ta' l-Unjoni bħala unjoni ta' ċittadini u ta' stati, u timplika ukoll dewmien twil biex jiġu introdotti elementi oħrajn;

4.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-mandat jippermetti numru dejjem jikber ta" derogi mogħtija lil ċerti Stati Membri mill-implimentazzjoni ta" dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattati li jista" jwassal li tiddgħajjef il-koeżjoni ta" l-Unjoni;

5.  Jiddispjaċih li l-mandat jippermetti diversi tibdiliet ta" abbozzar imqabbla mat-Trattat Kostituzzjonali li jagħtu impressjoni ta" sfiduċja fl-Unjoni u fl-istituzzjonijiet tagħha u b'hekk jibgħat sinjali żbaljati lill-opinjoni pubblika;

6.  Jiddispjaċih li qiegħed jonqsu l-ispirtu ta' koperazzjoni Ewropew u l-kuraġġ politiku tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iżvilupp ta' attitudnijiet bil-kontra ta' l-ideali Ewropej tas-solidarjetà u l-integrazzjoni;

7.  Jisħaq li l-mandat jippermetti l-modifikazzjoni tal-ismijiet ta" atti legali, iżda ma jaħsibx għal kwalunkwe tibdil sostanzjali fl-istruttura u l-ġerarkija tagħhom, u jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jeżamina mill-qrib u bir-reqqa l-mod ta" kif dan jiġi introdott fid-dispożizzjonijiet relatati bil-għan li tkun iggarantita r-responsabilità politika u li jkunu salvagwardjati l-poteri leġiżlattivi tiegħu, b'mod partikulari fl-iskrutinju ta' atti ddelegati;

8.  Jilqa" b'sodisfazzjon, madankollu, il-fatt li l-mandat jissalvagwardja ħafna mis-sustanza tat-Trattat Kostituzzjonali, b'mod partikulari l-personalità legali waħda ta" l-Unjoni u t-tneħħija ta" l-istruttura ta' 'pilastri', l-estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill u tal-kodeċiżjoni mill-Parlament u mill-Kunsill, l-elementi ta" demokrazija parteċipattiva, l-istatus legali li jorbot tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, it-titjib tal-koerenza ta" l-azzjoni esterna ta" l-Unjoni u l-pakkett istituzzjonali bbilanċjat;

9.  Josserva li r-riżultati pożittivi kollha fir-rigward tat-tisħiħ tal-proċeduri demokratiċi u tad-drittijiet taċ-ċittadini, fir-rigward ta'l-estenzjoni tal-kompetenzi u fir-rigward tad-definizzjoni tal-valuri u ta' l-objettivi ta' l-UE, ġejjin esklussivament mill-ħidma tal-Konvenzjoni Ewropea;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-unjoni ekonomika u monetarja għandha tiġi rikonoxxuta fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea bħala objettiv ta' l-UE;

11.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-mandat jaħseb biex jiddaħħlu ċerti elementi ġodda fit-Trattati, bħar-referenza espliċita ta" bidla fil-klima u solidarjetà fil-qasam ta" l-enerġija;

12.  Ifakkar li l-UE ddikjarat, kemm liċ-ċittadini tagħha stess u kemm lid-dinja kollha, li hija komunità ta' valuri, li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huma l-qalba ta' din il-komunità tal-valuri, u li dawn tfissru b'mod komprensiv fil-Karta tad-Drittijiet fundamentali u ġew rikonoxxuti mill-istituzzjonijiet ta' l-UE u mill-Istati Membri kollha f'bosta okkażjonijiet; jikkunsidra, għalhekk, li jekk issa Stat Membru jew aktar jitolbu 'opt-out' mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, dan jirrappreżenta daqqa ta' ħarta drammatika u jikkawża dannu serju lis-sens ta' identità ġewwinija ta' l-UE; għal din ir-raġuni, jappella urġentement lill-Istati Membri kollha għal darb'oħra biex jagħmlu kull sforz sabiex jegħlbu din il-firda interna u biex fl-aħħar jilħqu konsensus dwar il-validità kompleta ta' din il-Karta;

13.  Jistieden lill-Konferenza Intergovernattiva sabiex ittemm ix-xogħol tagħha qabel l-aħħar tal-2007, sabiex tippermetti t-Trattat il-ġdid jidħol fis-seħħ fil-ħin qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta" l-2009;

14.  Jilqa" b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-Konferenza Intergovernattiva fil-livelli kollha kif miftiehem mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2007;

15.  Jirriżerva d-dritt tiegħu li jagħmel proposti konkreti dwar kwistjonijiet speċifiċi lill-Konferenza Intergovernattiva fil-vires tal-mandat;

16.  Se jirrispondi 'l quddiem għall-istedina mill-Kunsill Ewropew biex jindirizza l-kwistjoni tal-kompożizzjoni tiegħu stess;

17.  Jisħaq l-intenzjoni tiegħu biex jeżamina bir-reqqa r-riżultat ta" l-Konferenza Intergovernattiva sabiex jiġi evalwat jekk ir-riformi li kienu ġew miftehma waqt in-negozjati jikkonformawx b'mod sodisfaċenti ma" l-interpretazzjoni tiegħu tal-mandat;

18.  Jistieden lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti tiegħu stess sabiex jassiguraw trasparenza sħiħa tax-xogħol li sar mill-Konferenza Intergovernattiva, b'mod partikulari permezz tal-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha li ġew ippreżentati għad-diskussjoni;

19.  Jafferma mill-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jżomm relazzjoni imill-qrib ħafna mal-parlamenti nazzjonali u mas-soċjetà ċivili matul il-proċess ta" reviżjoni tat-trattati;

20.  Jistieden lill-IGC biex tassigura, għal raġunijiet ta" trasparenza, li r-riżultati tax-xogħol tagħha se jkunu ppubblikati wkoll fil-forma ta" verżjoni abbozz konsolidata tat-Trattati;

21.  Iħabbar l-intenzjoni soda tiegħu li jressaq, wara l-elezzjonijiet ta" l-2009, proposti ġodda għal soluzzjoni kostituzzjonali ulterjuri għall-Unjoni, skond il-klawsola għar-reviżjoni tat-trattat(3), peress li l-Unjoni Ewropea hija proġett komuni li jiġġedded il-ħin kollu;

22.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iressqu proposti speċifiċi biex jerġgħu jinvolvu liċ-ċittadini ta'l-Unjoni fi djalogu matul it-tkomplija tal-proċess kostituzzjonali;

23.  Jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jikkunsidra il-possibilita' ta' emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu li tagħti karattru uffiċjali lill-bandiera u l-innu ta' l-Unjoni Ewropea magħżula fil-Kostituzzjoni Ewropea, fl-attivitajiet u fil-bini tiegħu;

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni li tiġbor l-opinjoni dwar it-tlaqqigħ tal-Konferenza Intergovernattiva lill-Kunsill, lill Kummissjoni, lill-Kapijiet ta" l-Istat jew tal-Gvern u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

(1) ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 88.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0234.
(3) Ara l-Artikolu IV-443 tat-Trattat Kostituzzjonali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza