Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Riżultati 1 - 110 ta' 110
| Data | L (Legiżlazzjoni) | C (Informazzjoni u Avviżi) |
|---|---|---|
| 05/06/2026 | Uri 17 att(i) | Uri 8 att(i) |
| 04/06/2026 | Uri 10 att(i) | Uri 19 att(i) |
| 03/06/2026 | Uri 11 att(i) | Uri 11 att(i) |
| 02/06/2026 | Uri 11 att(i) | Uri 8 att(i) |
| 01/06/2026 | Uri 4 att(i) | Uri 11 att(i) |
Riżultati 1 - 110 ta' 110
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa l-pubblikazzjoni uffiċjali (gazzetta) għall-atti legali tal-UE, atti oħra u informazzjoni uffiċjali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE.
Hu ppubblikat mit-Tnejn sal-Ġimgħa – u f’każijiet urġenti s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi – bil-lingwi uffiċjali tal-UE fiż-żmien tal-pubblikazzjoni, li bħalissa huma 24.
L-EUR-Lex fih il-verżjoni elettronika tal-Ġurnali Uffiċjali kollha u jmur lura għat-30 ta’ Diċembru 1952 meta ġie ppubblikat l-ewwel Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fl-1958, il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej inħoloq bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsilli tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-15 ta’ Settembru 1958 (Ġurnal Uffiċjali Nru 17, 6.10.1958, p. 390 u 419).
Minn Lulju 2013, l-edizzjonijiet elettroniċi tal-Ġurnal Uffiċjali biss ippubblikati fl-EUR-Lex huma awtentiċi u jipproduċu effetti legali.
Mill-1 ta’ Ottubru 2023, il-Ġurnal Uffiċjali m'għadux ġabra ta’ atti b’werrej. Kull att hu ppubblikat individwalment bħala Ġurnal Uffiċjali awtentiku fil-format PDF. Ara aktar f’dan il-filmat bi traskrizzjoni .
Il-Ġurnal Uffiċjali bħalissa fih 2 serjejiet:
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (struttura, serje, edizzjonijiet speċjali, awtentiċità, eċċ.) fil-paġni ta’ għajnuna.
Bażi ġuridika għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: