This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XC0118(05)
Notice regarding the application of anti-dumping and anti-subsidy measures in force in the Union following the withdrawal of the United Kingdom and the possibility of a review 2021/C 18/11
Avviż dwar l-applikazzjoni tal-antidumping u tal-antisussidji fis-seħħ fl-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit u l-possibbiltà ta’ rieżami 2021/C 18/11
Avviż dwar l-applikazzjoni tal-antidumping u tal-antisussidji fis-seħħ fl-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit u l-possibbiltà ta’ rieżami 2021/C 18/11
C/2021/55
ĠU C 18, 18.1.2021, p. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/41 |
Avviż dwar l-applikazzjoni tal-antidumping u tal-antisussidji fis-seħħ fl-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit u l-possibbiltà ta’ rieżami
(2021/C 18/11)
Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu flimkien dwar perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 (1). It-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu l-konsegwenzi li ġejjin għall-miżuri ta’ difiża kummerċjali eżistenti u l-investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa. Il-miżuri kollha ta’ antidumping u antisussidju fis-seħħ japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021 biss għall-importazzjonijiet fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Jekk xi investigazzjoni pendenti fl-1 ta’ Jannar 2021 twassal għal miżuri, dawn japplikaw biss għall-importazzjonijiet fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (2).
Aspetti tad-difiża tal-kummerċ tal-UE fir-rigward tal-Parti 3 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u l-Protokoll dwar l-Irlanda / l-Irlanda ta’ Fuq ikunu s-suġġett ta’ avviż separat.
Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (3) u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/1037 (4), il-Kummissjoni tavża li lesta teżamina mill-ġdid il-miżuri tal-antidumping u ta’ antisussidji skont fejn xi parti interessata titlob dan u tippreżenta evidenza li l-miżuri setgħu jkunu sinifikattivament differenti kieku kienu msejsa fuq informazzjoni li teskludi lir-Renju Unit. F’dan ir-rigward, il-ħruġ tar-Renju Unit per se, fin-nuqqas ta’ xi evidenza addizzjonali bħal din, mhuwiex bażi suffiċjenti biex jinbeda rieżami. Għal aktar informazzjoni l-partijiet interessati huma mistiedna jżuru s-sit web tad-DĠ Kummerċ li tittratta d-difiża tal-kummerċ: https://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(2) Fir-rigward tas-salvagwardji, hemm miżura waħda biss eżistenti (fuq ċerti prodotti tal-azzar) u tkompli tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021 biss għall-importazzjonijiet fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea , għalkemm b’livell aġġustat, kif ukoll, minn din l-istess data, kontra l-importazzjonijiet mir-Renju Unit (ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2037 tal-10 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L416, 11.12.2020, p. 32).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).