This document is an excerpt from the EUR-Lex website
L-għan ewlieni tal-politika tal-ġustizzja tal-UE huwa li toħloq żona madwar l-UE ta’ ġustizzja bbażata fuq kooperazzjoni reċiproka kemm fil-liġi ċivili kif ukoll kriminali. Dan ifisser il-bini ta’ fiduċja reċiproka fost il-Qrati tal-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-għarfien reċiproku tagħhom ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji.
Fil-qasam tal-liġi ċivili, l-UE introduċiet firxa wiesgħa ta’ miżuri li għandhom l-għan li jagħtu liċ-ċittadini aktar ċertezza legali u aċċess faċili u effettiv għall-ġustizzja meta jkunu involuti fi kwistjonijiet ta’ natura transkonfinali bħal tilwim, divorzji, eċċ.
Fl-UE, fejn persuni u merkanzija jistgħu jiċċaqilqu liberament, kienet prijorità għolja li tiġi stabbilita żona ta’ ġustizzja mal-UE. Biex tindirizza l-isfidi li jiġu mir-reati, l-UE introduċiet liġijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-vittmi, is-suspettati u każijiet ta’ priġunieri transfruntiera (bħal fuq l-assistenza reċiproka legali, l-għarfien reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’każijiet kriminali u l-mandat ta’ arrest Ewropew.
Kemm fil-liġi kriminali u ċivili, ġew adottati miżuri biex:
Il-Kummissjoni Ewropea se timmaniġġja żewġ programmi ta’ finanzjament matul il-perjodu 2021-2027: