This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, l-għan tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali huwa li tiżgura livell għoli ta’ sikurezza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) billi tipprevjeni u tiġġieled il-kriminalità, ir-razziżmu u l-ksenofobija. Din hija trattata fit-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-Kapitoli I, IV u V).
Il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja tal-UE f’materji kriminali tieħu tliet forom:
Il-kooperazzjoni tiġi implimentata bl-għajnuna ta’ aġenziji tal-UE bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (il-Eurojust), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (il-Europol) u n-Network Ġudizzjarju Ewropew.Il-kooperazzjoni bejn il-ġudikatura prinċipalment topera permezz ta’ mekkaniżmu msejjaħ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji (pereżempju fil-qasam tad-detenzjoni u t-trasferiment ta’ priġunieri, il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, il-konfiska u l-iffriżar tal-assi, u penali finanzjarji).
F’Ġunju 2022, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta rakkomandazzjoni dwar il-kooperazzjoni operazzjonali tal-pulizija. Din tistabbilixxi serje ta’ standards għall-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-uffiċjali tal-pulizija li joperaw fi Stat Membru ieħor tal-UE jew li jipparteċipaw f’operazzjonijiet konġunti. Dawn jinkludu: