This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1909
Council Decision (CFSP) 2019/1909 of 12 November 2019 amending and updating Decision (CFSP) 2018/340 establishing the list of projects to be developed under PESCO
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
ST/13386/2019/INIT
ĠU L 293, 14.11.2019, pp. 113–118
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1909/oj
14.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/113 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1909
tat-12 ta’ Novembru 2019
li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315. |
(2) |
Il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta’ appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK). |
(3) |
Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (2) li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO. |
(4) |
Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (3) dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ir-"Rakkomandazzjoni"). |
(5) |
Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li l-Kunsill għandu jaġġorna l-lista ta’ proġetti PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett ta’ proġetti li jmiss, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b’mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") jista’, abbażi ta’ valutazzjonijiet mogħtija mis-Segretarjat tal-PESCO, jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proġetti PESCO biex il-Kunsill jieħu deċiżjoni, wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC). |
(6) |
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 (4) li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO. |
(7) |
Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 (5) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340. |
(8) |
Fl-14 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (6) li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO). |
(9) |
Fit-30 ta’ Settembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli għamlet rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti fil-qafas tal-PESCO. |
(10) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2019, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-parir militari tal-EUMC dwar ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti fil-qafas tal-PESCO. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill jemenda u jaġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-proġetti li ġejjin jiżdiedu mal-lista:
|
(2) |
fl-Anness I, jiżdiedu l-entrati li jinsabu fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
(3) |
l-Anness II huwa sostitwit mit-test li jidher fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 331, 14. 12. 2017, p. 57.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).
(3) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ĠU C 88, 8. 3. 2018, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21. 11. 2018, p. 18).
(6) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2019 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (ĠU C 166, 15.5.2019, p. 1).
ANNESS I
Proġett |
Membri tal-Proġett |
||
|
Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja |
||
|
Portugall, Spanja |
||
|
Polonja, Ungerija |
||
|
Rumanija, Franza, Italja |
||
|
Rumanija, Bulgarija, Franza |
||
|
Portugall, Spanja, Franza, Żvezja |
||
|
Italja, Franza |
||
|
Spanja, Franza, Żvezja |
||
|
Ġermanja, Ċekja, Spanja, Ungerija, Netherlands |
||
|
Franza, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja |
||
|
Franza, Spanja, Portugall, Rumanija |
||
|
Franza, Belġju, Spanja, Ungerija, Rumanija, Żvezja |
||
|
Italja, Franza, Rumanija |
ANNESS II
“ANNESS II
LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI
Proġett |
Membri tal-Proġett |
||
|
Ġermanja, Belġju, Ċekja, Spanja, Franza, Italja, Netherlands, Rumanija, Slovakkja, Żvezja |
||
|
Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Polonja, Portugall, Finlandja |
||
|
Ġermanja, Belġju, Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Litwanja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Slovenja, Slovakkja |
||
|
Netherlands, Belġju, Bulgarija, Ċekja, Ġermanja, Estonja, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Żvezja |
||
|
Ġermanja, Ċekja, Irlanda, Spanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Awstrija, Netherlands, Rumanija, Żvezja |
||
|
Italja, Greċja |
||
|
Franza, Belġju, Italja, Spanja |
||
|
Italja, Greċja, Spanja, Kroazja, Awstrija |
||
|
Belġju, Greċja, Latvja, Netherlands, Polonja, Portugall, Rumanija |
||
|
Italja, Greċja, Polonja, Portugall |
||
|
Greċja, Bulgarija, Irlanda, Spanja, Kroazja, Italja, Ċipru |
||
|
Greċja, Spanja, Italja, Ċipru, Ungerija, Awstrija, Portugall |
||
|
Litwanja, Estonja, Kroazja, Italja, Netherlands, Polonja, Rumanija, Finlandja |
||
|
Spanja, Ġermanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Portugall |
||
|
Italja, Greċja, Slovakkja |
||
|
Slovakkja, Italja, Ungerija |
||
|
Ġermanja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru |
||
|
Greċja, Italja, Rumanija |
||
|
Greċja, Ċipru |
||
|
Franza, Żvezja, Spanja, Slovakkja |
||
|
Estonja, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Franza, Latvja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Finlandja |
||
|
Franza, Belġju, Ċipru |
||
|
Bulgarija, Greċja, Franza |
||
|
Ġermanja, Ċekja, Spanja, Franza, Italja |
||
|
Franza, Ġermanja, Spanja |
||
|
Italja, Ċekja |
||
|
Italja, Franza |
||
|
Greċja, Ċipru |
||
|
Ċekja, Ġermanja |
||
|
Awstrija, Franza, Kroazja, Ungerija, Slovenja |
||
|
Franza, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Netherlands |
||
|
Ġermanja, Greċja, Franza, Awstrija, Portugall, Rumanija |
||
|
Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Polonja |
||
|
Italja, Franza |
||
|
Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja |
||
|
Portugall, Spanja |
||
|
Polonja, Ungerija |
||
|
Rumanija, Franza, Italja |
||
|
Rumanija, Bulgarija, Franza |
||
|
Portugall, Franza, Spanja, Żvezja |
||
|
Italja, Franza |
||
|
Spanja, Franza, Żvezja |
||
|
Ġermanja, Ċekja, Spanja, Ungerija, Netherlands |
||
|
Franza, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja |
||
|
Franza, Spanja, Portugall, Rumanija |
||
|
Franza, Belġju, Spanja, Ungerija, Rumanija, Żvezja |
||
|
Italja, Franza, Rumanija |