Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02021R2306-20241202

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/2306/2024-12-02

02021R2306 — MT — 02.12.2024 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2306

tal-21 ta’ Ottubru 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 461 27.12.2021, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/760 tat-8 ta’ April 2022

  L 139

13

18.5.2022

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2238 tat-22 ta’ Awwissu 2022

  L 294

3

15.11.2022

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2975 tal-25 ta’ Settembru 2024

  L 2975

1

29.11.2024


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 068, 3.3.2022, p.  21 (2021/2306)

►C2

Rettifika, ĠU L 140, 19.5.2022, p.  61 (2021/2306)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2306

tal-21 ta’ Ottubru 2021

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:

(a) 

il-verifika f’pajjiżi terzi ta’ konsenji ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni;

(b) 

il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; u

(c) 

l-azzjoni f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll fil-pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“konsenja” tfisser konsenja, kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; madankollu, fil-każ ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni eżentati minn kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305, din tfisser kwantità ta’ prodotti taħt kodiċi wieħed jew aktar tan-Nomenklatura Magħquda, koperti minn ċertifikat ta’ spezzjoni wieħed, imwassla bl-istess mezz ta’ trasport u importati mill-istess pajjiż terz;

(2) 

“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(3) 

“punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fejn isiru l-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305;

(4) 

“punt ta’ kontroll” tfisser punt ta’ kontroll ieħor għajr post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 53(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625;

(5) 

“verifika ta’ dokumenti” tfisser verifika ta’ dokumenti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(6) 

“verifika tal-identità” tfisser verifika tal-identità kif definit fil-punt (42) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(7) 

“verifika fiżika” tfisser verifika fiżika kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;

(8) 

“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

Artikolu 3

Verifika fil-pajjiż terz

1.  
L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jivverifikaw il-konsenja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 ( 2 ).
2.  
Għall-finijiet tal-Artikoli 48 u 57 tar-Regolament (UE) 2018/848, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti għandhom jivverifikaw il-konsenja rigward il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-istandards tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ kontroll aċċettati bħala ekwivalenti. Dik il-verifika għandha tinkludi kontrolli sistematiċi tad-dokumentazzjoni u, kif xieraq skont valutazzjoni tar-riskju, kontrolli fiżiċi, qabel ma l-konsenja tħalli l-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.
3.  

Għall-finijiet tal-paragrafi 2 sa 5, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti għandhom ikunu:

(a) 

awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 li ġie rikonoxxut għall-prodotti kkonċernati u għall-pajjiż terz ta’ oriġini tal-prodotti jew, meta applikabbli, fejn tkun saret l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni; jew

(b) 

awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll ddeżinjati minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz rikonoxxut, kif imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/848, ta’ oriġini tal-prodotti jew, meta applikabbli, fejn tkun saret l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni.

4.  

Il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir:

(a) 

mill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tal-produttur jew tal-proċessur tal-prodott ikkonċernat; jew

(b) 

meta l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi li jwettaq l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni kif definita fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 ikun differenti mill-produttur jew mill-proċessur tal-prodott, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll tal-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi li jwettaq l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni.

5.  

Il-verifiki tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jivverifikaw:

(a) 

it-traċċabbiltà tal-prodotti u tal-ingredjenti;

(b) 

li l-volum tal-prodotti inklużi fil-konsenja jkun konformi mal-kontrolli tal-bilanċ tal-massa tal-operaturi rispettivi skont il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll;

(c) 

id-dokumenti tat-trasport u d-dokumenti kummerċjali rilevanti (inkluż il-fatturi) tal-prodotti;

(d) 

fil-każ ta’ prodotti pproċessati, li l-ingredjenti organiċi kollha ta’ tali prodotti jkunu saru minn operaturi jew minn gruppi ta’ operaturi ċċertifikati f’pajjiż terz minn awtorità ta’ kontroll jew minn korp ta’ kontroll rikonoxxut, f’konformità mal-Artikolu 46 jew kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848, jew minn pajjiż terz rikonoxxut, f’konformità mal-Artikolu 47 jew 48 tar-Regolament (UE) 2018/848, jew saru u ġew iċċertifikati fl-Unjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

Dawk il-verifiki tad-dokumenti għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti rilevanti kollha, inkluż iċ-ċertifikat tal-operaturi msemmi fl-Artikolu 45(1) il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/848, ir-rekords tal-ispezzjonijiet, il-pjan tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat u r-rekords miżmuma mill-operaturi jew mill-gruppi ta’ operaturi, id-dokumenti tat-trasport disponibbli, id-dokumenti kummerċjali u finanzjarji, u dokumenti oħra meqjusa rilevanti mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll.

Artikolu 4

Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni

1.  
L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jkunu vverifikaw il-konsenja f’konformità mal-Artikolu 3 għandhom joħorġu ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 5 għal kull konsenja qabel ma l-konsenja titlaq mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.
2.  
Meta l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, dawn għandhom joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għal konsenji bi prodotti ta’ riskju għoli kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698 biss ladarba jkollhom id-dokumentazzjoni sħiħa tat-traċċabbiltà u jkunu rċevew u vvalutaw ir-riżultati tal-analiżijiet tal-kampjuni meħuda tal-konsenja f’konformità mal-Artikolu 16(6) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

Artikolu 5

Format taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-użu ta’ TRACES

1.  
L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fis-Sistema ta’ Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti (TRACES) f’konformità mal-mudell u man-noti stabbiliti fl-Anness u għandhom jimlew il-kaxxi 1 sa 18 ta’ dak iċ-ċertifikat.
2.  

Meta joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, il-korp ta’ kontroll jew l-awtorità ta’ kontroll għandhom itellgħu fi TRACES id-dokumenti ta’ sostenn kollha, inklużi dawn li ġejjin:

(a) 

ir-riżultati tal-analiżijiet jew tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda, meta applikabbli;

(b) 

id-dokumenti kummerċjali u tat-trasport bħall-polza ta’ kargu, il-fatturi u l-lista tal-imballaġġ u, fejn l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, il-pjan tal-ivvjaġġar imfassal f’konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698.

3.  
Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandu jinħareġ fi TRACES u għandu jkollu siġill elettroniku kwalifikat.

Jekk ma tkunx disponibbli fil-mument tal-ħruġ, l-informazzjoni relatata man-numru ta’ pakketti msemmija fil-kaxxa 13 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-informazzjoni msemmija fil-kaxxi 16 u 17 tiegħu, kif ukoll id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu inklużi jew aġġornati fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi żmien 10 ijiem mill-ħruġ tiegħu u, fi kwalunkwe każ, qabel il-verifika u l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 6.

4.  

Iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni għandu jitfassal:

(a) 

bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni, fil-każ tal-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera;

(b) 

bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-konsenja tkun se tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-każ tal-prodotti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305.

5.  
B’deroga mill-paragrafu 4, Stat Membru jista’ jagħti l-kunsens tiegħu biex iċ-ċertifikati jitfasslu b’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, magħhom tinhemeż traduzzjoni awtentikata.

Artikolu 6

Kontrolli uffiċjali fuq il-konsenji

1.  

L-awtorità kompetenti f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq, għandha twettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-konsenji biex tivverifika l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 kif ġej:

(a) 

verifiki tad-dokumenti tal-konsenji kollha;

(b) 

verifiki tal-identità mwettqa b’mod aleatorju; u

(c) 

verifiki fiżiċi bi frekwenza skont il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

Il-verifiki tad-dokumenti għandhom jinkludu eżaminazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, tad-dokumenti ta’ sostenn l-oħra kollha kif previst fl-Artikolu 5 u, meta applikabbli, tar-riżultati tal-analiżijiet jew tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda.

Jekk ċertifikat ta’ spezzjoni jkun jeħtieġ korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali jew editorjali, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta li l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jkunu ħarġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jaġġornaw l-informazzjoni fi TRACES billi jissostitwixxu d-dokument f’konformità mal-proċedura disponibbli fi TRACES mingħajr ma jimmodifikaw l-informazzjoni fiċ-ċertifikat inizjali dwar l-identifikazzjoni tal-konsenja, it-traċċabbiltà tagħha u l-garanziji.

2.  
►M3  Għal kunsinni ta’ prodotti ta’ riskju għoli msemmijin fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tivverifika d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(6) ta’ dak ir-Regolament u twettaq kontrolli tal-identità u fiżiċi u tieħu tal-anqas kampjun rappreżentattiv wieħed ta’ kunsinni f’konformità mal-perċentwal applikabbli stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698. ◄ L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi proċedura ta’ kampjunar rappreżentattiv adattata għall-kategorija, il-kwantità u l-imballaġġ tal-prodott.
3.  

Wara l-verifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 u, meta applikabbli, fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar kull konsenja. Id-deċiżjoni dwar il-konsenja għandha tiġi rreġistrata fil-kaxxa 30 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness u għandha tindika waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala organika;

(b) 

il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala fil-fażi tal-konverżjoni;

(c) 

il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala mhux organika;

(d) 

il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera;

(e) 

parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera b’estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.

4.  

Għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

il-paragrafu 3 għandu japplika flimkien mar-regoli dwar l-użu tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-punt (b)(i) tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fil-punti ta’ kontroll f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 ( 3 ) u mar-regoli dwar id-deċiżjonijiet dwar il-konsenji stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625.

(b) 

il-verifiki tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), jistgħu jsiru mill-bogħod fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’rabta ma’ ċerti prodotti organiċi u ċerti prodotti fil-fażi tal-konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123;

(c) 

il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), jistgħu jsiru fil-punti ta’ kontroll b’rabta ma’ ċerti prodotti organiċi u ċerti prodotti fil-fażi tal-konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123.

5.  
Id-deċiżjoni dwar il-konsenji meħuda f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tirreferi għal waħda mill-indikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-importatur ikun talab it-tqegħid taħt proċedura doganali speċjali f’konformità mal-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament, billi jimla l-kaxxa 23 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, id-deċiżjoni dwar il-konsenji f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tindika l-proċedura doganali applikabbli.

Id-deċiżjoni rreġistrata fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni li tindika li l-konsenja jew parti minnha ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, għandha tiġi notifikata minnufih fi TRACES lill-awtorità kompetenti rilevanti li twettaq il-kontrolli uffiċjali biex tiġi verifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Jekk id-deċiżjoni meħuda fis-CHED f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 tkun tindika li l-konsenja ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandha tinforma fi TRACES lill-awtorità kompetenti li tkun ħadet id-deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, biex taġġorna ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. Barra minn hekk, kull awtorità kompetenti li twettaq kontrolli uffiċjali biex tivverifika l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tipprovdi kull informazzjoni rilevanti fi TRACES, bħar-riżultati tal-analiżi fil-laboratorju, lill-awtorità kompetenti li tkun ħadet id-deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu biex taġġorna, jekk rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.

6.  
Jekk tiġi rilaxxata biss parti minn konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera, il-konsenja għandha tinqasam f’lottijiet differenti qabel ir-rilaxx tagħha għaċ-ċirkolazzjoni libera. Għal kull wieħed mil-lottijiet, l-importatur għandu jimla u jissottometti estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-lott hu maħsub li jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha twettaq il-verifika tal-lott u għandha tapprova l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.
7.  
Għall-konsenji soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera msemmija fil-paragrafu 4, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-konsenja biss jekk jiġi ppreżentat CHED finalizzat kif xieraq f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jekk jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ spezzjoni approvat f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu li jindika li dik il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Meta l-konsenja tinqasam f’lottijiet differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ CHED finalizzat kif xieraq f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u ta’ estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 li fil-kaxxa 12 jindika li l-lott jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 7

Proċeduri doganali speċjali

1.  
Meta konsenja titqiegħed taħt proċedura ta’ ħażna doganali jew taħt proċedura ta’ proċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 240(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 256(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), u tgħaddi minn preparazzjoni waħda jew aktar kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konsenja f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament qabel ma titwettaq l-ewwel preparazzjoni. Fil-kaxxa 23 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, l-importatur għandu jipprovdi n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni doganali li bih l-oġġetti jkunu ġew dikjarati għall-proċedura ta’ ħażna doganali jew għall-proċedura ta’ proċessar attiv.

Il-preparazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għat-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-imballaġġ jew il-bidla tal-imballaġġ; jew

(b) 

it-twaħħil, it-tneħħija u t-tibdil tat-tikketti li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni organika.

2.  
Wara l-preparazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konsenja u tapprova ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 6 qabel ir-rilaxx tal-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera.
3.  
Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, konsenja tista’ tinqasam f’lottijiet differenti taħt superviżjoni doganali wara l-verifika u l-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 6. L-importatur għandu jimla u jissottometti estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 għal kull lott li jirriżulta mill-qsim.
4.  
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-lott se jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera għandha twettaq il-verifika tal-lott f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2), u għandha tapprova l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.
5.  
L-operazzjonijiet ta’ preparazzjoni u ta’ qsim imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom isiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tar-Regolament (UE) 2018/848.

Artikolu 8

Arranġamenti ta’ kontinġenza għal TRACES f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u f’każ ta’ forza maġġuri

1.  
L-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 għandhom iżommu disponibbli mudell li jista’ jimtela ta’ dak iċ-ċertifikat f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness u tad-dokumenti kollha meħtieġa mir-Regolament (UE) 2018/848 li jistgħu jittellgħu fi TRACES.
2.  
Meta TRACES jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħha kontinwament ma jkunux disponibbli għal aktar minn 24 siegħa, l-utenti tagħha jistgħu jużaw mudell stampat jew elettroniku li jista’ jimtela, kif imsemmi fil-paragrafu 1, biex jirreġistraw u jiskambjaw l-informazzjoni.

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu referenza għal kull ċertifikat maħruġ u jżommu reġistru taċ-ċertifikati maħruġa f’ordni kronoloġika biex jiżguraw il-korrispondenza mar-referenza alfanumerika mogħtija minn TRACES ladarba ssir funzjonali.

Jekk jintużaw ċertifikati stampati ta’ spezzjoni, kull alterazzjoni jew tħassir mhux iċċertifikati jagħmluhom invalidi.

3.  
Ladarba TRACES jew il-funzjonalitajiet tagħha jerġgħu jsiru disponibbli, l-utenti tagħha għandhom jużaw l-informazzjoni rreġistrata f’konformità mal-paragrafu 2 biex jipproduċu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni elettronikament u jtellgħu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.
4.  
Iċ-ċertifikati u d-dokumenti prodotti f’konformità mal-paragrafu 2 għandu jkollhom it-test “prodott waqt kontinġenza”.
5.  
F’każ ta’ force majeure, għandhom japplikaw il-paragrafi 1 sa 4. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar tali avveniment u l-awtoritajiet ta’ kontroll jew il-korpi ta’ kontroll għandhom idaħħlu d-dettalji kollha meħtieġa fi TRACES fi żmien għaxart ijiem kalendarji wara t-tmiem ta’ dan l-avveniment.
6.  
L-Artikolu 5(4) u (5) għandu japplika mutatis mutandis għal ċertifikati u dokumenti prodotti f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Użu taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mill-awtoritajiet doganali

Għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali f’punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta’ konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ spezzjoni li fil-kaxxa 30 jindika li l-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Meta l-konsenja tinqasam f’lottijiet differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 li fil-kaxxa 12 ikollu indikat li l-lott jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 10

Informazzjoni li trid tingħata minn awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz dwar nuqqasijiet suspettati jew stabbiliti ta’ konformità dwar il-konsenji

1.  
►C1  Meta awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika mingħand Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 rigward nuqqas ta’ konformità suspettat jew stabbilit li qed jaffettwa l-integrità ta’ prodotti organiċi jew ta’ prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, dawn għandhom iwettqu investigazzjoni. ◄ L-awtorità kompetenti, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom iwieġbu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li jkun bagħat in-notifika inizjali (l-Istat Membru notifikanti) fi żmien 30 jum kalendarju mid-data meta tal-wasla ta’ dik in-notifika u għandhom jinfurmaw dwar l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda, inkluż ir-riżultati tal-investigazzjoni, u jipprovdu kull informazzjoni oħra disponibbli u/jew meħtieġa mill-Istat Membru notifikanti, ►C2  bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698. ◄
2.  
L-awtorità kompetenti, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri mitluba minn Stat Membru rigward l-azzjonijiet jew il-miżuri addizzjonali meħuda.

Il-Kummissjoni jew Stat Membru jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti, lill-awtorità ta’ kontroll jew lill-korp ta’ kontroll jagħmlu disponibbli mingħajr dewmien il-lista tal-operaturi jew tal-gruppi ta’ operaturi kollha fil-katina tal-produzzjoni organika li l-konsenja hija parti minnha, u tal-awtoritajiet ta’ kontroll jew tal-korpi ta’ kontroll tagħhom.

3.  
Meta l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, għandhom japplikaw l-Artikolu 21(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati stampati ta’ spezzjoni u l-estratti tagħhom

1.  

►M2  B’deroga mill-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, sat-30 ta’ Novembru 2022, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jinħareġ fuq karta wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. Dak iċ-ċertifikat stampat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: ◄

(a) 

fil-kaxxa 18 għandu jkollu l-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li joħroġ iċ-ċertifikat u t-timbru uffiċjali;

(b) 

dan għandu jinħareġ qabel ma l-konsenja korrispondenti tħalli l-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.

▼M2

1a.  
B’deroga mill-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, sat-30 ta’ Novembru 2022, persuna awtorizzata li tinsab fl-Ukrajna, ta’ awtorità ta’ kontroll jew ta’ korp ta’ kontroll li mhix mgħammra b’siġill elettroniku kwalifikat, tista’ tipproduċi u tissottometti fi TRACES iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’format elettroniku mingħajr l-applikazzjoni ta’ siġill elettroniku kwalifikat fil-kaxxa 18 tiegħu. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ qabel ma l-konsenja korrispondenti tħalli l-Ukrajna.

▼B

2.  

►M2  BB’deroga mill-Artikolu 6(3), sat-30 ta’ Novembru 2022, għandu japplika dan li ġej: ◄

(a) 

jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jinħareġ fuq il-karta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dak iċ-ċertifikat għandu jiġi approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat;

(b) 

jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jinħareġ fi TRACES u jkollu siġill elettroniku kwalifikat, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3), dak iċ-ċertifikat jista’ jiġi approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat;

▼M1

(c) 

jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jiġi prodott u sottomess fi TRACES f’format elettroniku f’konformità mal-paragrafu 1a, dak iċ-ċertifikat għandu jiġi approvat fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat jew fuq karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat.

▼B

3.  
L-awtoritajiet ta’ kontroll, il-korpi ta’ kontroll u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw f’kull stadju tal-ħruġ u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, kif xieraq, li l-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat stampat ta’ spezzjoni tikkorrispondi mal-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat mimli fi TRACES.

Jekk l-informazzjoni relatata mal-għadd ta’ pakketti msemmija fil-kaxxa 13 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jew l-informazzjoni fil-kaxxi 16 u 17 ta’ dak iċ-ċertifikat ma timteliex fuq iċ-ċertifikat stampat ta’ spezzjoni, jew jekk din l-informazzjoni tkun differenti mill-informazzjoni mniżżla fiċ-ċertifikat fi TRACES, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw għall-fini tal-verifika tal-konsenja u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikat, l-informazzjoni mniżżla fi TRACES biss.

4.  
Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni stampat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni jekk il-konsenja tkun soġġetta għal kontrolli uffiċjali jew lill-awtorità kompetenti fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq. Dik l-awtorità kompetenti għandha tirritorna dak iċ-ċertifikat stampat lill-importatur.
5.  

►M2  B’deroga mill-Artikoli 6(6) u 7(4), sat-30 ta’ Novembru 2022, l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jiġi approvat fuq karta, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. Dak l-estratt stampat taċ-ċertifikat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: ◄

(a) 

fil-kaxxa 12, dan għandu jkun approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti;

(b) 

fil-kaxxa 13, dan għandu jkollu l-firma bl-idejn tal-konsenjatarju tal-lott.

L-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tirritorna dak l-estratt stampat taċ-ċertifikat lill-persuna li tippreżentaha.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa mħassar.

Madankollu, dak ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-fini tal-mili u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni pendenti maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2022 u tal-estratti taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni pendenti sottomessi mill-importatur qabel l-1 ta’ Jannar 2022, kif ukoll għall-fini tad-dikjarazzjoni tal-ewwel konsenjatarju jew tal-konsenjatarju taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jew tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

PARTI I

ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-PRODOTTI ORGANIĊI U FIL-FAŻI TAL-KONVERŻJONI FL-UNJONI EWROPEA



1.  Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll tal-ħruġ

2.  Proċedura skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

□  Konformità (l-Artikolu 46);

□  Pajjiż terz ekwivalenti (l-Artikolu 48);

□  Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll ekwivalenti (l-Artikolu 57); jew

□  Ekwivalenza skont ftehim kummerċjali (l-Artikolu 47).

3.  Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni

4.  Produttur jew proċessur tal-prodott

5.  Esportatur

6.  Operatur li jixtri jew ibigħ il-prodott mingħajr ma jaħżen jew jimmaniġġja l-prodott fiżikament

7.  Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll

8.  Pajjiż tal-oriġini

9.  Pajjiż tal-esportazzjoni

10.  Post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

11.  Pajjiż tad-destinazzjoni

12.  Importatur

13.  Deskrizzjoni tal-prodotti

Kodiċi tan-NM

organiċi fil-fażi tal-konverżjoni

Isem kummerċjali

Kategorija

Għadd ta’ pakketti

Numru tal-lott

Piż nett

14.  Numru tal-kontejner

15.  Numru tas-siġill

16.  Il-piż gross totali

17.  Mezzi tat-trasport

Mod

Identifikazzjoni

Dokument internazzjonali tat-trasport

18.  Dikjarazzjoni tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li qed joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxa 1

Din biex tiċċertifika li dan iċ-ċertifikat ħareġ abbażi ta’ kontrolli meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/xxx (2) għall-konfirmità (l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848) jew ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 (3) għall-ekwivalenza (l-Artikolu 47, 48 jew 57 tar-Regolament (UE) 2018/848) u li l-prodotti msemmija hawn fuq huma f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/848.

Data

Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat

Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll tal-ħruġ

19.  Operatur responsabbli għall-konsenja

20.  Notifika minn qabel

Data

Ħin

21.  Għal trasferiment lejn:

22.  Dettalji tal-punt ta’ kontroll

23.  Proċeduri speċjali tad-dwana

Proċedura ta’ ħażna doganali□

Proċedura ta’ pproċessar attiv□

Isem u indirizz tal-operatur responsabbli għall-proċedura jew il-proċeduri doganali:

L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jiċċertifika l-operatur responsabbli għall-proċedura jew il-proċeduri doganali:

□  Verifika tal-konsenja qabel il-proċedura jew il-proċeduri doganali speċjali

Informazzjoni addizzjonali:

L-Awtorità u l-Istat Membru:

Data:

Isem u firma tal-persuna awtorizzata

Numru ta’ Referenza tad-Dikjarazzjoni Doganali tal-proċedura jew il-proċeduri doganali

24.  L-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea.

25.  Kontroll mill-awtorità kompetenti rilevanti

Verifiki tad-dokumenti

□  Sodisfaċenti

□  Mhux sodisfaċenti

Magħżul għal verifiki tal-identità jew fiżiċi

□  Iva

□  Le

L-Awtorità u l-Istat Membru:

Data:

Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat

26.  Għal trasferiment mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn punt ta’ kontroll:

27.  Dettalji tal-punt ta’ kontroll

□Iva

□Le

 

28.  Mezzi tat-trasport mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn punt ta’ kontroll

29.  Verifiki tal-identità u fiżiċi

Verifiki tal-identità

□  Sodisfaċenti

□  Mhux sodisfaċenti

Verifiki fiżiċi

□  Sodisfaċenti

□  Mhux sodisfaċenti

Test tal-laboratorju

□Iva

□Le

 

Riżultat tat-test

□Sodisfaċenti

□Mhux sodisfaċenti

 

30.  Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti.

□  Biex jiġi rilaxxat bħala organiku;

□  Biex jiġi rilaxxat bħala fil-fażi tal-konverżjoni;

□  Biex jiġi rilaxxat bħala mhux organiku;

□  Il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera

□  Parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera

Informazzjoni addizzjonali:

Awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u Stat Membru:

Data:

Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat

31.  Dikjarazzjoni tal-ewwel konsenjatarju

Dan biex jiġi kkonfermat li mal-wasla tal-prodotti, l-imballaġġ jew il-kontenitur u, meta rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni:

□  huma konformi mal-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848; jew

□  mhumiex konformi mal-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848;

Isem u firma tal-persuna awtorizzata

Data:

(1)   

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).

(3)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 20).

PARTI II

Noti biex jimtela l-mudell taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni

Il-kaxxi 1 sa 18 iridu jimtlew mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll rilevanti fil-pajjiż terz.

Kaxxa 1: L-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 46 jew imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll maħtura minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz imsemmija fl-Artikolu 47 jew 48 ta’ dak ir-Regolament. Din l-awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll trid timla wkoll il-kaxxi 2 sa 18.

Kaxxa 2: Din il-kaxxa tindika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/848 li huma rilevanti għall-ħruġ u għall-użu ta’ dan iċ-ċertifikat; indika d-dispożizzjoni rilevanti.

Kaxxa 3: In-numru taċ-ċertifikat assenjat awtomatikament mis-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES).

Kaxxa 4: L-isem u l-indirizz tal-operatur(i) li pproduċew jew ipproċessaw il-prodotti fil-pajjiż terz imsemmi fil-kaxxa 8.

Kaxxa 5: L-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun qed jesporta l-prodotti mill-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 9. L-esportatur huwa l-operatur li jkun qed iwettaq l-aħħar operazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq il-prodotti msemmija fil-kaxxa 13 u li jkun qed jissiġilla l-prodotti f’imballaġġ jew f’reċipjenti adattati, skont il-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848.

Kaxxa 6: Meta applikabbli, imla l-isem u l-indirizz ta’ operatur wieħed jew aktar li jixtru jew ibigħu l-prodott mingħajr ħażna jew immaniġġjar fiżiku tal-prodott.

Kaxxa 7: L-isem u l-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet jew il-korp jew il-korpi ta’ kontroll għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar tal-prodotti mar-regoli tal-produzzjoni organika fil-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 8.

Kaxxa 8: Il-pajjiż tal-oriġini tfisser il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ġie prodott/tkabbar jew fejn ġie pproċessat.

Kaxxa 9: Il-pajjiż tal-esportazzjoni tfisser il-pajjiż fejn il-prodott tkun saritlu l-aħħar operazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 u fejn dan ikun ġie ssiġillat f’imballaġġ jew f’reċipjenti adattati.

Kaxxa 10: Jekk il-konsenji jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, indika l-isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni, fejn isiru l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 ( 5 ).

Jekk il-konsenji jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 ( 6 ) [C(2021) 6946], indika l-isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-post ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Eweopea, kif xieraq, meta l-kontrolli uffiċjali jsiru f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306.

L-informazzjoni f’din il-kaxxa tista’ tiġi aġġornata mill-importatur jew mir-rappreżentant tiegħu qabel il-wasla tal-konsenja fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq.

Kaxxa 11: Il-pajjiż tad-destinazzjoni tfisser il-pajjiż tal-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea.

Kaxxa 12: L-isem, l-indirizz u n-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 7 ), tal-importatur, kif definit mill-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 ( 8 ), li jippreżenta l-konsenja għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera waħdu jew permezz ta’ rappreżentant.

Kaxxa 13: Deskrizzjoni tal-prodotti, li tinkludi:

— 
l-indikazzjoni jekk il-prodotti humiex organiċi jew fil-fażi tal-konverżjoni;
— 
il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 9 ) għall-prodotti kkonċernati (livell ta’ 8 ċifri meta possibbli);
— 
l-isem tal-fabbrika;
— 
il-kategorija tal-prodott f’konformità mal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 ( 10 );
— 
in-numru ta’ pakketti (in-numru ta’ kaxxi, kaxxi tal-kartun, boroż, bramel, eċċ.);
— 
in-numru tal-lott; kif ukoll
— 
il-piż nett.

Kaxxa 14: Numru tal-kontejner mhux obbligatorju.

Kaxxa 15: Numru tas-siġill: mhux obbligatorju.

Kaxxa 16: Il-piż gross totali mogħti fl-unitajiet adattati (f’kilogrammi, f’litri, eċċ.).

Kaxxa 17: Il-mezzi tat-trasport użati mill-pajjiż tal-oriġini sal-wasla tal-prodott fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għall-verifika tal-konsenja u l-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.

Mod ta’ trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor.

Identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, isem il-vapur jew il-vapuri, għall-ferroviji, in-numru tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni u l-pjanċa tat-trejler, jekk ikun il-każ.

Fil-każ tat-trasport b’bastiment, speċfika l-bastiment u l-vettura tat-triq billi tidentifika l-vettura tat-triq u l-bastiment skedat.

Kaxxa 18: Dikjarazzjoni tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li qed joħroġ iċ-ċertifikat. Agħżel ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni xieraq. Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata u t-timbru huma meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni maħruġa fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.

Kaxxa 19: L-isem, l-indirizz u n-numru tal-EORI, kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tal-operatur responsabbli għall-konsenja, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307. Din il-kaxxa trid timtela mill-importatur indikat fil-kaxxa 12, jekk l-operatur responsabbli għall-konsenja jkun differenti minn dak l-importatur.

Kaxxa 20: Fil-każ ta’ konsenja ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Fil-każ ta’ konsenja ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305, indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

Kaxxa 21: Trid timtela mill-importatur, jew meta xieraq mill-operatur responsabbli għall-konsenja, biex jintalab trasferiment tal-prodotti lejn punt ta’ kontroll fl-Unjoni għal kontrolli uffiċjali ulterjuri, jekk il-konsenja tintgħażel għal verifiki tal-identità jew fiżiċi mill-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

Kaxxa 22: Indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Istat Membru li lejh iridu jiġu trasferiti l-prodotti għal verifiki tal-identità u fiżiċi, jekk il-konsenja tintgħażel għal dawn il-verifiki mill-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Trid timtela mill-importatur jew, meta xieraq, mill-operatur responsabbli għall-konsenja. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

Kaxxa 23: Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti rilevanti u l-importatur.

Fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.

Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.

Kaxxa 24: L-isem u l-indirizz tal-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea. Din il-kaxxa trid timtela mill-importatur.

Kaxxa 25: Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti wara li jitlestew il-verifiki tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306. Jekk il-verifiki tad-dokumenti ma jkunux sodisfaċenti, trid timtela l-kaxxa 30.

Dik l-awtorità trid tindika liema konsenja ntgħażlet għall-verifiki tal-identità u fiżiċi.

Il-firma tal-peruna awtorizzata/is-siġill elettroniku kwalifikat huma meħtieġa biss jekk l-awtorità kompetenti tkun differenti mill-awtorità indikata fil-kaxxa 30. Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.

Kaxxa 26: Trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jekk il-konsenja tintgħażel għall-verifiki tal-identità u fiżiċi u jekk il-konsenja tkun aċċettabbli għal trasferiment lejn il-punt ta’ kontroll għal kontrolli uffiċjali ulterjuri. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

Kaxxa 27: F’każ ta’ trasferiment lejn punt ta’ kontroll, indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Istat Membru li lejh intalab it-trasferiment tal-prodotti għal verifiki tal-identità u fiżiċi, id-dettalji tal-kuntatt tiegħu u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-punt ta’ kontroll. Trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.

Kaxxa 28: Ara l-gwida fil-kaxxa 17. Din il-kaxxa trid timtela jekk il-konsenja tiġi trasferita lejn punt ta’ kontroll għal verifiki tal-identità u fiżiċi.

Kaxxa 29: Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti jekk il-prodotti jintgħażlu għal verifiki tal-identità u fiżiċi.

Kaxxa 30 :Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti, wara l-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, meta applikabbli, u fil-każijiet kollha wara l-verifika tal-konsenja f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.

L-awtorità kompetenti trid tagħżel l-għażla xierqa billi żżid, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa rilevanti. B’mod partikolari, jekk tintgħażel “Il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “Parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera”, l-informazzjoni rilevanti trid tingħata taħt “informazzjoni addizzjonali”.

Fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Jekk il-konsenja tiġi trasferita lejn punt ta’ kontroll għall-verifiki tal-identità u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti f’dak il-punt ta’ kontroll.

Taħt “Awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, imla isem l-awtorità kkonċernata, kif xieraq.

Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.

Kaxxa 31: Din il-kaxxa trid timtela mill-ewwel konsenjatarju mal-wasla tal-prodotti wara r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera billi tintgħażel għażla waħda wara li jitwettqu l-verifiki previsti fil-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848.

Il-firma bl-idejn tal-ewwel konsenjatarju hija meħtieġa għaċ-ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.



( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).

( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ konsenji ta’ prodotti organiċi u ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13).

( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-każijiet fejn u l-kundizzjonijiet li skonthom il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, il-post tal-kontrolli uffiċjali għal tali prodotti u li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 u (UE) 2019/2124 (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 5).

( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

( 8 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 30).

( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

( 10 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/xxx li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).

Top