This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0692
Regulation (EU) No 692/2011 of the European Parliament and of the Council of 6 July 2011 concerning European statistics on tourism and repealing Council Directive 95/57/EC Text with EEA relevance
Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 192, 22.7.2011, pp. 17–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
01/01/2020
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/692/oj
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 31995L0057 | ||||
| Repeal | 31999D0035 | ||||
| Modifies | 32003R1882 | Revoka parzjali | |||
| Repeal | 32004D0883 | ||||
| Modifies | 32006L0110 | Revoka parzjali | |||
| Modifies | 32008R1137 | Revoka parzjali |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32013R0253 | Emenda | anness II SECTION 3 | 01/01/2014 | |
| Modified by | 32013R0253 | Emenda | anness II SECTION 1 | 01/01/2014 | |
| Modified by | 32013R0253 | Emenda | anness II SECTION 2.A | 01/01/2014 | |
| Modified by | 32019R1681 | Tħassir | anness I taqsima 2 punt D | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32019R1681 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 4 | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32019R1681 | Żieda | anness I taqsima 3 punt F | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32019R1681 | Sostituzzjoni | anness I taqsima 2 punt A TABL (1) TEXT | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32019R1681 | Sostituzzjoni | anness II taqsima 2 punt A TABL TEXT | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32019R1681 | Żieda | anness I taqsima 2 punt A TABL (2) TEXT | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32020R1569 | Sostituzzjoni | anness I taqsima 3 punt E inċiż 3 | 01/01/2020 | |
| Modified by | 32020R1569 | Żieda | anness I taqsima 3 punt E inċiż | 01/01/2020 |
|
22.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/17 |
REGOLAMENT (UE) Nru 692/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Lulju 2011
dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2007, enfasizza r-rwol kruċjali li għandu t-turiżmu biex jiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni u talab lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-industrija u partijiet interessati oħrajn biex jingħaqdu fl-implimentazzjoni f’ħinha tal-Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv. |
|
(2) |
L-industrija tat-turiżmu tal-Unjoni tokkupa post importanti fl-ekonomija tal-Istati Membri b’attivitajiet turistiċi li jirrappreżentaw sors kbir ta’ potenzjal ta’ impjiegi. Kwalunkwe valutazzjoni tal-kompetittività tagħha teħtieġ għarfien tajjeb tal-volum tat-turiżmu, il-karatteristiki tiegħu, il-profil tat-turist u l-infiq fuq it-turiżmu u l-benefiċċji għall-ekonomiji tal-Istati Membri. |
|
(3) |
Hemm bżonn ta’ data ta’ kull xahar sabiex jitkejlu l-influwenzi staġunali tat-talba fuq il-kapaċità tal-akkomodazzjoni turistika u b’hekk tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-operaturi ekonomiċi jiżviluppaw strateġiji u politika aktar addattati għat-titjib tal-firxa staġunali ta’ vaganzi u attivitajiet turistiċi. |
|
(4) |
Il-maġġoranza tan-negozji Ewropej li joperaw fl-industrija tat-turiżmu huma żgħar jew ta’ daqs medju, u l-importanza strateġika tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fit-turiżmu Ewropew mhix limitata għall-valur ekonomiku u għall-potenzjal sostanzjali tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi. Fuqhom huma msejsa wkoll l-istabbiltà u l-prosperità ta’ komunitajiet lokali, billi jħarsu l-ospitalità u l-identità lokali li huma l-karatteristiċi tat-turiżmu fir-reġjuni tal-Ewropa. Minħabba d-daqs tal-SMEs, il-piż amministrattiv fuq l-SMEs jeħtieġ li jiġi kkunsidrat, u għandha tiġi introdotta sistema ta’ limiti stabbiliti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-utenti filwaqt li fl-istess ħin jitnaqqas il-piż ta’ rispons fuq il-partijiet responsabbli biex jipprovdu data statistika, partikolarment l-SMEs. |
|
(5) |
In-natura li dejjem tinbidel tal-aġir tat-turiżmu mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta’ Novembru 1995 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku fil-qasam tat-turiżmu (2), bl-importanza li dejjem tikber ta’ vjaġġi qosra u żjarat fl-istess jum li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali f’ħafna reġjuni jew pajjiżi għad-dħul mit-turiżmu, l-importanza dejjem tikber ta’ akkomodazzjoni mhux mikrija jew akkomodazzjoni fi stabbilimenti iżgħar, u l-impatt li dejjem jikber tal-Internet dwar l-aġir tal-ibbukkjar tat-turisti u dwar l-industrija tat-turiżmu, ifisser li l-produzzjoni ta’ statistika tat-turiżmu għandha tiġi adattata. |
|
(6) |
Biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-importanza makroekonomika tat-turiżmu fl-ekonomiji tal-Istati Membri bbażata fuq il-qafas aċċettat internazzjonalment tal-kontijiet satelliti għat-turiżmu, li juru l-effetti tat-turiżmu fuq l-ekonomija u l-impjiegi, hemm il-ħtieġa li jitjiebu d-disponibbiltà, il-kompletezza u l-komprensività tal-istatistika bażika tat-turiżmu bħala dħul għall-kumpilazzjoni ta’ kontijiet bħal dawn u, jekk titqies neċessarja mill-Kummissjoni, bħala tħejjija għal proposta leġiżlattiva għat-trażmissjoni ta’ tabelli armonizzati għall-kontijiet satelliti għat-turiżmu. Dan jitlob li r-rekwiżiti legali li bħalissa huma stabbiliti fid-Direttiva 95/57/KE jiġu aġġornati. |
|
(7) |
Sabiex teżamina kwistjonijiet maġġuri ta’ tħassib ekonomiku u soċjali fis-settur tat-turiżmu, b’mod speċjali kwistjonijiet ġodda li jeħtieġu riċerka speċifika, il-Kummissjoni teħtieġ il-mikrodata. It-turiżmu fl-Unjoni għandu dimensjoni prinċipalment intra-Ewropea, li tfisser li l-mikrodata li toħroġ minn statistika Ewropea armonizzata fuq id-domanda tat-turiżmu barrani diġà tipprovdi sors ta’ statistika fuq id-domanda tat-turiżmu ġewwieni għall-Istat Membru destinatarju, mingħajr l-impożizzjoni ta’ piż addizzjonali, u b’hekk tiġi evitata osservazzjoni doppja fuq il-flussi tat-turiżmu. |
|
(8) |
It-turiżmu soċjali jippermetti li l-ikbar ammont ta’ nies possibbli jipparteċipa fit-turiżmu u, barra minn hekk, jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-istaġunalità, isaħħaħ il-kunċett taċ-ċittadinanza Ewropea u jippromwovi l-iżvilupp reġjonali, barra li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ ekonomiji lokali speċifiċi. Sabiex tivvaluta l-parteċipazzjoni fit-turiżmu ta’ gruppi soċjodemografiċi differenti u sabiex timmonitora l-programmi tal-Unjoni fil-qasam tat-turiżmu, il-Kummissjoni teħtieġ data regolari dwar il-parteċipazzjoni fit-turiżmu u dwar l-aġir turistiku ta’ dawk il-gruppi. |
|
(9) |
Qafas rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jista’ jgħin biex jiggarantixxi data kredibbli, dettaljata u komparabbli, li mbagħad tippermetti li l-istruttura u l-iżvilupp tal-provvista u tad-domanda tat-turiżmu jkunu ssorveljati b’mod xieraq. Komparibbiltà suffiċjenti fil-livell tal-Unjoni hi essenzjali fir-rigward ta’ metodoloġija, definizzjonijiet u l-programm ta’ data u metadata statistika. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (3), li jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għal dan ir-Regolament, jipprovdi li l-istatistika għandha tinġabar bi standards għoljin ta’ imparzjalità, trasparenza, kredibbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, kost-effettività u kunfidenzjalità tal-istatistika. |
|
(11) |
Fil-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistiċi Ewropej taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-istatistika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandhom iqisu l-prinċipji stipulati fil-Kodiċi ta’ Prassi tal-Istatistika Ewropew adottat mill-Kumitat ta’ Programm tal-Istatistika fl-24 ta’ Frar 2005 u mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbilità tal-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u Komunitarji. |
|
(12) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali u tekniċi, is-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament, tal-iskadenzi tat-trażmissjoni tad-data u tal-Annessi, għajr għax-xorta fakultattiva tad-data meħtieġa u għal-limitazzjoni tal-ambitu kif definit fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadatta d-definizzjonijiet għat-tibdiliet fid-definizzjonijiet internazzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-għarfien espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(13) |
Il-Kumissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4). |
|
(14) |
Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, speċifikament it-twaqqif ta’ qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi ta’ statistika Ewropea komparabbli u komprensiva dwar it-turiżmu, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-nuqqas ta’ karatteristiki statistiċi komuni u rekwiżiti ta’ kwalità komuni u minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza metodoloġika, iżda jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz ta’ qafas statistiku komuni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
|
(15) |
Fid-dawl tat-tibdil tal-industrija tat-turiżmu, kif ukoll tibdil fit-tip ta’ data meħtieġa mill-Kummissjoni u minn utenti oħra tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/57/KE ma għadhomx aktar rilevanti. Minħabba li l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam jeħtieġ li tiġi aġġornata, id-Direttiva 95/57/KE għandha titħassar. |
|
(16) |
Regolament hu l-mod xieraq kif jiġi żgurat l-użu ta’ standards komuni u l-produzzjoni ta’ statistika komparabbli. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiġbru, jikkumpilaw, jipproċessaw u jittrażmettu statistika armonizzata dwar il-forniment u d-domanda tat-turiżmu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
“perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data; |
|
(b) |
“sena ta’ referenza” tfisser perjodu ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda; |
|
(c) |
“NACE Rev. 2” tfisser il-klassifika statistika komuni ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(d) |
“NUTS” tfisser il-klassifika komuni ta’ unitajiet territorjali għall-produzzjoni ta’ statistika reġjonali fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6); |
|
(e) |
“ambjent tas-soltu” tfisser iż-żona ġeografika, għalkemm mhux neċessarjament waħda kontigwa, li fiha l-individwu jgħix il-ħajja tiegħu b’rutini regolari u għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ dawn il-kriterji: il-qsim ta’ fruntieri amministrattivi jew id-distanza mill-post ta’ residenza tas-soltu, id-dewmien taż-żjara, il-frekwenza taż-żjara, l-għan taż-żjara; |
|
(f) |
“it-turiżmu” tfisser l-attività tal-viżitaturi li jagħmlu vjaġġ għal destinazzjoni ewlenija barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom, għal inqas minn sena, għal kwalunkwe għan ewlieni inkluż in-negozju, il-ħin liberu, jew għan ieħor personali, għajr għal impjieg minn entità residenti fil-post li fih issir iż-żjara; |
|
(g) |
“turiżmu domestiku” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li huma residenti ta’ dak l-Istat Membru; |
|
(h) |
“turiżmu ’l ġewwa” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li mhumiex residenti ta’ dak l-Istat Membru; |
|
(i) |
“turizmu ’l barra” tfisser żjarat minn residenti ta Stat Membru barra minn dak l-Istat Membru; |
|
(j) |
“turiżmu nazzjonali” tfisser it-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l barra; |
|
(k) |
“turiżmu intern” tfisser it-turiżmu t-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l ġewwa; |
|
(l) |
“stabbiliment għall-akkomodazzjoni turistika” tfisser unità lokali tat-tip tal-attività, kif iddefinita fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (7), li jipprovdi bħala servizz imħallas - għalkemm il-prezz jista’ jkun parzjalment jew kompletament issussidjat - servizzi ta’ akkomodazzjoni għal waqfiet qosra kif deskritt fil-gruppi 55.1 (lukandi u akkomodazzjoni simili), 55.2 (akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra) u 55.3 (postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet) ta’ NACE Rev. 2; |
|
(m) |
“akkomodazzjoni mhix mikrija” tfisser, inter alia, akkomodazzjoni mingħajr ħlas ipprovduta minn familja jew ħbieb u akkomodazzjoni fi djar ta’ vaganza okkupati mis-sid, inklużi proprjetà time share; |
|
(n) |
“żjarat fl-istess jum” tfisser iż-żjarat mingħajr waqfa għal-lejl li jsiru minn residenti barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom u li orġinaw mill-post ta’ residenza tas-soltu tagħhom. |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 11 fir-rigward ta’ emendi għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex tallinja dawn id-definizzjonijiet ma’ bidliet fid-definizzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 3
Suġġetti koperti u karatteristiki tad-data meħtieġa
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data li għandha tiġi trażmessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 għandha tirrelata ma’:
|
(a) |
it-turiżmu intern, fir-rigward tal-kapaċità u l-okkupanza tal-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, għall-elementi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Anness I; |
|
(b) |
it-turiżmu intern, fir-rigward tal-iljieli turistiċi mqattgħin fl-akkomodazzjoni mhux mikrija għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness I; |
|
(c) |
it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li tikkonċerna l-parteċipazzjoni fit-turiżmu, il-karatteristiki tal-vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II; |
|
(d) |
it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li jikkonċerna l-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness II. |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, fejn meħtieġ, li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 11, rigward l-adattazzjoni tal-Annessi, għajr għax-xorta fakultattiva tad-data meħtieġa u l-limitazzjoni tal-ambitu kif definiti fl-Annessi, sabiex jitqiesu żviluppi ekonomiċi, soċjali jew tekniċi. Meta tkun qed teżerċita s-setgħa tagħha skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe att iddelegat adottat ma jimponix piżijiet amministrattivi addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.
Artikolu 4
L-ambitu ta’ osservazzjoni
L-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti:
|
(a) |
fl-Artikolu 3(1)(a) għandu jkun l-stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turististika kollha kemm huma, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(l), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I; |
|
(b) |
fl-Artikolu 3(1)(b) għandu jkun l-iljieli turistiċi kollha mqattgħin minn residenti u dawk mhux residenti f’akkomodazzjoni mhux mikrija; |
|
(c) |
fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar il-parteċipazzjoni fit-turiżmu, għandu jkun l-individwi kollha li joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 1 tal-Anness II; |
|
(d) |
fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar karatteristiki ta’ vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti u li ntemmu waqt il-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Anness II; |
|
(e) |
fl-Artikolu 3(1)(d), fir-rigward tal-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum, għandu jkun iż-żjarat kollha fl-istess jum kif definiti fl-Artikolu 2(1)(n), sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 3 tal-Anness II. |
Artikolu 5
Studji pilota
1. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja sabiex jitħejjew l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ tabelli armonizzati għall-kontijiet satelliti tat-turiżmu u sabiex jiġu vvalutati l-benefiċċji fir-rigward tal-ispiża għall-kumpilazzjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal ukoll programm għall-istudji pilota li jistgħu jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja sabiex tiġi żviluppata sistema għall-ġbir ta’ data li turi l-effetti tat-turiżmu fuq l-ambjent.
Artikolu 6
Kriterji tal-kwalità u rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità tad-data trażmessa.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta’ kwalità kif stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw.
3. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport dwar il-kwalità tad-data li għandha x’taqsam mal-perjodi ta’ referenza fis-sena ta’ referenza, u dwar kwalunkwe tibdil metodoloġiku li jkun sar. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut fi żmien disa’ xhur wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza.
4. Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 2 għad-data koperta minn dan ir-Regolament, l-arranġamenti u l-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità għandhom ikunu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
Artikolu 7
Rapport ta’ evalwazzjoni
Sat-12 ta’ Awwissu 2016 u, wara, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-istatistika miġbura abbażi ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari, dwar ir-rilevanza tagħha u l-piż fuq is-settur tan-negozju.
Artikolu 8
Sorsi ta’ data
Fir-rigward tal-bażi li fuqha tinġabar id-data, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri li dawn iqisu bħala xierqa biex iżommu l-kwalità tar-riżultati. L-Istati Membri jistgħu jipproduċu d-data statistika neċessarja billi jużaw kombinazzjoni tas-sorsi differenti li ġejjin:
|
(a) |
stħarriġ, fejn unitajiet ta’ rappurtaġġ jintalbu jagħtu data f’waqtha, eżatta u kompluta; |
|
(b) |
sorsi oħra xierqa, inkluża data amministrattiva jekk din tkun attwali u rilevanti; |
|
(c) |
proċeduri xierqa għall-istima statistika. |
Artikolu 9
It-trażmissjoni tad-data
1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data, inkluża data kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat), skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data mniżżla fl-Anness I u fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness II f’forma ta’ tabelli aggregati, skont standard ta’ interskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtellgħa b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat). L-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
3. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data mniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness II fil-forma ta’ fajls ta’ mikrodata - b’kull vjaġġ osservat imniżżel bħala rekord individwali fil-ġabra ta’ data trażmessa - li għandhom ikunu kompletament iċċekkjati, editjati u, fejn meħtieġ, imdaħħla skont l-istandard ta’ interskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtellgħa’ b’mezzi elettroniċi fil-punt ta’ aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat). L-arranġamenti prattiċi għat-trażmissjoni tad-data għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(2).
4. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu:
|
(a) |
id-data annwali mniżżla fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I; |
|
(b) |
id-data ta’ kull xahar imniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness I fi żmien tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza; |
|
(c) |
l-indikaturi fundamentali rapidi li għandhom x’jaqsmu mal-iljieli mqattgħin minn residenti u dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, kif imniżżla fit-Taqsima 2 tal-Anness I, fi żmien tmien ġimgħat wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza; |
|
(d) |
id-data mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Anness I fi żmien disa’ xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħżel li jittrażmettiha; |
|
(e) |
id-data mniżżla fl-Anness II fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. |
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, fejn meħtieġ, atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 11, fir-rigward ta’ emendi għall-iskadenzi tat-trażmissjoni stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitqiesu żviluppi ekonomiċi, soċjali jew tekniċi. Kull emenda ta’ dan it-tip għandha tqis il-prattika eżistenti tal-ġbir tad-data fl-Istati Membri.
6. Għad-data kollha meħtieġa minn dan ir-Regolament, l-ewwel perjodu ta’ referenza, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 10
Manwal Metodoloġiku
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tħejji u taġġorna b’mod regolari manwal metodoloġiku li għandu jkun fih linji gwida dwar l-istatistika prodotta skont dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet li se jiġu applikati għall-karatteristiki tat-tagħrif meħtieġ u l-istandards komuni mfassla biex jiżguraw il-kwalità tad-data.
Artikolu 11
Eżerċitar tad-delega
1. Is-setgħa biex tadotta atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-11 ta’ Awwissu 2011 u l-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni sabiex tirrevoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 3(2) u 9(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
Artikolu 12
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 13
Revoka
Id-Direttiva 95/57/KE hija b’dan imħassra.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati skont id-Direttiva 95/57/KE għall-perjodi ta’ referenza kollha għall-2011.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ Lulju 2011.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011.
(2) ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.
(3) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(4) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(5) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
ANNESS I
TURIŻMU INTERN
Taqsima 1
KAPAĊITÀ TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi
1. Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod In-numru ta’ kmamar tas-sodda |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
2. [fakultattiv] Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod In-numru ta’ kmamar tas-sodda |
Klassi tad-daqsijiet |
3. Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data trijennali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ stabbilimenti li jkollhom kamra tas-sodda waħda jew iżjed aċċessibbli għal persuni b’mobilità mnaqqsa, inklużi dawk li jużaw siġġu tar-roti |
|
B. Limitazzjoni tal-ambitu
|
1. |
Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar. |
|
2. |
Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar. |
|
3. |
L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex jinkludu għall-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar). |
C. Perjodiċità
L-ewwel sena ta’ referenza għall-fattur varjabbli trijennali elenkat taħt it-titolu A(3) għandha tkun l-2015.
Taqsima 2
OKKUPAZZJONI TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA (DOMESTIKA U ’L ĠEWWA)
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
1. Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
Totali (kull tip ta’ stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika) |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod |
|
|
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
2. Fil-livell nazzjonali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti [fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet |
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
|
Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod |
[fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet |
|
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
B. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data ta’ kull xahar fil-livell nazzjonali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod |
|
|
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
C. Limitazzjoni tal-ambitu
|
1. |
Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar. |
|
2. |
Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar. |
|
3. |
L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex għall-inqas jinkludu l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar). |
|
4. |
Meta tiġi applikata limitazzjoni għall-ambitu kif deskritt skont (1), (2) jew (3), għandha tiġi trażmessa kull sena stima tan-numru totali ta’ ljieli mqattgħin waqt is-sena ta’ referenza minn residenti u dawk mhux residenti fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika esklużi mill-ambitu ta’ osservazzjoni. |
|
5. |
Għall-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi mitluba d-data b’dan ir-Regolament, l-istima kif deskritt taħt (4) għandha tiġi trażmessa fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. |
|
6. |
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodda fil-lukandi u akkomodazzjoni simili, biex jinkludu mill-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 25 kamra tas-sodda jew aktar. |
D. Indikaturi fundamentali rapidi
L-indikaturi fundamentali rapidi msemmija fl-Artikolu 9(4)(c) ta’ dan ir-Regolament huma l-fatturi varjabbli li jirreferu għan-numru ta’ ljieli mqattgħin kif imniżżel taħt it-Titolu B ta’ din it-Taqsima.
Taqsima 3
KLASSIFIKAZZJONIJIET LI JIĠU APPLIKATI GĦAT-TAQSIMA 1 U T-TAQSIMA 2
A. Tip ta’ akkomodazzjoni
It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ akkomodazzjoni, li jirreferu għall-gruppi NACE 55.1, 55.2 u 55.3, huma:
|
— |
lukandi u akkomodazzjoni simili, |
|
— |
akkomodazzjoni għal vaganza u għal waqfiet qosra oħra, |
|
— |
postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet. |
B. Tip ta’ lokalità (a)
It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (a), li jirreferu għall-grad ta’ urbanizzazzjoni tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:
|
— |
żona ppopolata b’mod dens, |
|
— |
żona intermedja, |
|
— |
żona ppopolata b’mod skars. |
C. Tip ta’ lokalità (b)
Iż-żewġ kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (b), li jirreferu għall-post qrib il-baħar tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:
|
— |
kostali, |
|
— |
mhux kostali. |
D. Klassi tad-daqsijiet
It-tliet kategoriji li jintużaw għall-klassi tad-daqsijiet, li jirreferu għan-numru ta’ kmamar tas-sodda fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:
|
— |
l-istabbilimenti żgħar: inqas minn 25 kamra tas-sodda, |
|
— |
l-istabbilimenti ta’ daqs medju: bejn 25 u 99 kamra tas-sodda, |
|
— |
l-istabbilimenti kbar: 100 kamra tas-sodda jew aktar; li jiġu rrappurtati b’mod separat fuq bażi fakultattiva: “bejn 100 u 249 kamra tas-sodda” u “250 kamra tas-sodda jew aktar”. |
E. Pajjiżi u żoni ġeografiċi
Il-kategoriji li jintużaw għall-pajjiż jew iż-żona ġeografika tar-residenza tal-ospiti li qed joqogħdu fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika huma:
|
— |
l-Unjoni Ewropea (l-Unjoni); għandha tiġi rrappurtata separatament: kull Stat Membru, |
|
— |
l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA); għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein), |
|
— |
pajjiżi Ewropej oħrajn (apparti mill-Unjoni jew l-EFTA; mhux inklużi r-Russja, it-Turkija, l-Ukrajna), |
|
— |
ir-Russja, |
|
— |
it-Turkija, |
|
— |
l-Ukrajna, |
|
— |
l-Afrika; għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Afrika t’Isfel, |
|
— |
l-Amerika ta’ Fuq; għandhom jiġu rrappurtati separatament: l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kanada, |
|
— |
l-Amerika t’Isfel u l-Amerika Ċentrali; għandu jiġi rrappurtat separatament: il-Brażil, |
|
— |
l-Asja; għandhom jiġu rrappurtati separatament: ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, |
|
— |
l-Awstralja. l-Oċeanja u territorji oħrajn; għandha tiġi rrappurtata separatament: l-Awstralja. |
Taqsima 4
IT-TURIŻMU INTERN F’AKKOMODAZZJONI MHUX MIKRIJA
A. Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
[fakultattiv] In-numru ta’ ljieli turistiċi mqattgħin f’akkomodazzjoni mhux mikrija matul is-sena ta’ referenza.
B. Analiżi
[fakultattivi] Il-fatturi varjabbli mniżżla taħt it-Titolu A għandhom jiġu analizzati skont il-pajjiż ta’ residenza tal-viżitaturi safejn ikunu kkonċernati r-residenti tal-Unjoni, filwaqt li viżitaturi li joqogħdu barra l-Unjoni għandhom jinġabru f’kategorija addizzjonali waħda.
ANNESS II
IT-TURIŻMU NAZZJONALI
Taqsima 1
PARTEĊIPAZZJONI FIT-TURIŻMU GĦAL GĦANIJIET PERSONALI
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
|
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali |
Analiżijiet soċjodemografiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
L-analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.
B. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi bħala data trijennali
|
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin għal min ma jipparteċipax fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (b’possibbiltajiet ta’ tweġibiet diversi għal dawk li jwieġbu) |
Analiżijiet soċjodemografiċi |
||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
L-analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.
L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali għandha tkun l-2013.
C. Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi
1. Sess: maskili, femminili.
2. Grupp ta’ età: inqas minn 15 [fakultattiva], 15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64, 65 jew aktar, b’subtotali għal 25-44 u 45-64.
3. Livell edukattiv: livell baxx (ISCED 0, 1 jew 2), medju (ISCED 3 jew 4), jew għoli (ISCED 5 jew 6).
4. Sitwazzjoni ta’ impjieg: impjegat (impjegat jew jaħdem għal rasu), qiegħed, student (jew tifel/tifla tal-iskola), oħrajn mhux fil-forza tax-xogħol.
5. Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar:: fi kwartili.
Taqsima 2
VJAĠĠI TURISTIĊI U VIŻITATURI LI JAGĦMLU L-VJAĠĠI
A. Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi
|
|
Fatturi varjabbli |
Kategoriji li għandhom jiġu trażmessi |
Perjodiċità |
||||||||||||
|
1. |
Xahar tat-tluq |
|
Annwali |
||||||||||||
|
2. |
Dewmien tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli |
|
Annwali |
||||||||||||
|
3. |
[Għal vjaġġi ‘l barra biss] Dewmien tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħin fit-territorju domestiku |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
4. |
Pajjiż ewlieni tad-destinazzjoni |
skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwal metodoloġiku mfassal skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament |
Annwali |
||||||||||||
|
5. |
L-għan ewlieni tal-vjaġġ |
|
Annwali |
||||||||||||
|
6. |
[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Tip ta’ destinazzjoni b’diversi possibbiltajiet ta’ tweġibiet |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
7. |
[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Parteċipazzjoni tat-tfal fil-grupp tal-vjaġġ: |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
8. |
Mezz ewlieni ta’ trasport |
|
Annwali |
||||||||||||
|
9. |
Mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni |
|
Annwali |
||||||||||||
|
10. |
Ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex ikun ibbukkjat il-mezz ewlieni tat-trasport |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
11. |
Ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex ikun ibbukkjat il-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
12. |
[Għal dawk il-vjaġġi biss fejn l-ebda operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar ma ntużaw għall-ibbukkjar tal-mezz ewlieni tat-trasport jew il-mezzi ewlenin ta’ akkomodazzjoni] Ibbukkjar tal-vjaġġ (indipendenti) |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
13. |
Ibbukkjar tal-vjaġġ: vjaġġ li jinkludi pakkett |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
14. |
Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
15. |
Ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni |
|
Trijennali |
||||||||||||
|
16. |
In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq it-trasport |
|
Annwali |
||||||||||||
|
17. |
In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq l-akkomodazzjoni |
|
Annwali |
||||||||||||
|
18. |
[fakultattiv] In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq ikel u xorb f’kafejiet u ristoranti |
|
Annwali |
||||||||||||
|
19. |
Infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ; (19a) għandhom ikunu rrappurtati separatament: oġġetti dejjiema u ta’ oġġetti ta’ valur |
|
Annwali |
||||||||||||
|
20. |
Il-profil tal-viżitatur: is-sess, bl-użu tal-kategoriji li ġejjin |
|
Annwali |
||||||||||||
|
21. |
Il-profil tal-viżitatur: l-età, fi snin magħluqa |
|
Annwali |
||||||||||||
|
22. |
Il-profil tal-viżitatur: il-pajjiż ta’ residenza |
|
Annwali |
||||||||||||
|
23. |
[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv |
|
Annwali |
||||||||||||
|
24. |
[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: sitwazzjoni ta’ impjieg |
|
Annwali |
||||||||||||
|
25. |
[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: dħul ta’ dawk kollha li joqogħdu fl-istess dar, fi kwartili |
|
Annwali |
B. Limitazzjoni tal-ambitu
L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar u li jkunu ntemmu matul il-perjodu ta’ referenza. Id-data dwar il-popolazzjoni ta’ taħt il-15-il sena tista’ tiġi trasmessa separatament fuq bażi fakultattiva.
C. Perjodiċità
|
1. |
L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(3), A(6), A(7) għandha tkun l-2013. |
|
2. |
L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(10) sa A(15) għandha tkun l-2014. |
Taqsima 3
ŻJARAT TAL-ISTESS JUM
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi annwali (żjarat ’il barra tal-istess jum)
|
Fatturi varjabbli |
[fakultattiv] Analiżijiet |
[fakultattiv] Analiżijiet soċjodemografiċi |
||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||
|
|
B. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi trijennali (żjarat domestiċi tal-istess jum)
|
Fatturi varjabbli |
[fakultattiv] Analiżijiet |
[fakultattiv] Analiżijiet soċjodemografiċi |
||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||
|
|
C. Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi
Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi huma dawk imniżżla fit-Titolu C tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness.
D. Limitazzjoni tal-ambitu
L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun iż-żjarat kollha tal-istess jum barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar. Id-data dwar il-popolazzjoni taħt il-15-il sena tista’ tiġi trażmessa separatament jew fuq bażi fakultattiva.
E. Perjodiċità u perjodi tal-ewwel referenza
|
1. |
Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu A għandhom jiġu trażmessi kull sena, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2014. |
|
2. |
Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu B għandhom jiġu trażmessi kull tliet snin, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2015. Għall-ewwel perjodu ta’ referenza biss, it-trażmissjoni għandha tkun 693 fakultattiva. |