This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0355
Commission Implementing Regulation (EU) No 355/2014 of 8 April 2014 amending Regulation (EC) No 1235/2008 laying down detailed rules for implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the arrangements for imports of organic products from third countries Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat- 8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat- 8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 106, 9.4.2014, pp. 15–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/355/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1235 | Emenda | anness IV | 12/04/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0355R(01) | (NL) | |||
Corrected by | 32014R0355R(02) | (NL) | |||
Implicitly repealed by | 32021R2306 | 01/01/2022 |
9.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 355/2014
tat-8 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza. Fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida li l-Kummissjoni rċeviet mingħand il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll elenkati f'dak l-Anness, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista. |
(2) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għall-inklużjoni fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, li rċeviet sal-31 ta' Ottubru 2012 u sal-31 ta' Ottubru 2013. F'dik il-lista għandhom jiġu inklużi dawk il-korpi tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll li għalihom l-eżami sussegwenti li kien sar tal-informazzjoni mibgħuta kollha, wassal għall-konklużjoni li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti. |
(3) |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jipprevedi li l-lista tal-korpi ta' kontroll u tal-awtoritajiet ta' kontroll rikonoxxuti għandha tinkludi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar kull korp ta' kontroll u kull awtorità ta' kontroll li jippermetti li jiġi vverifikat jekk il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jkunux ġew ikkontrollati minn korp ta' kontroll jew minn awtorità ta' kontroll rikonoxxuta skont l-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Skont l-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, l-“Institut für Marktökologie (IMO)” innotifika lill-Kummissjoni dwar il-bidla f'ismu għal “IMO Swiss AG”, b'effett mill-1 ta' Jannar 2013. Din il-bidla għandha tkun inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. |
(4) |
Kf previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 (3), id-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapporti annwali għall-2012 mill-korpi ta' kontroll u mill-awtoritajiet ta' kontroll kienet it-30 ta' April 2013. Is-“Center of Organic Agriculture in Egypt” ma bagħatx ir-rapport annwali tiegħu sa dik id-data. Il-Kummissjoni tat perjodu addizzjonali lis-“Center of Organic Agriculture in Egypt” biex jissottemetti r-rapport annwali tiegħu iżda reġgħet ma rċevitx dak ir-rapport sal-4 ta' Novembru 2013. Minħabba dan, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, is-“Center of Organic Agriculture in Egypt” għandu jitneħħa mil-lista mogħtija fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Għalhekk, l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 rigward id-data tas-sottomissjoni tar-rapport annwali (ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51).
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-entrata dwar “Abcert AG”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata dwar “Afrisco Certified Organic, CC” għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(3) |
Fl-entrata dwar “Agreco R.F. Göderz GmbH”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
L-entrata dwar “Australian Certified Organic” għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(5) |
L-entrata dwar “BCS Öko-Garantie GmbH” għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(6) |
Fl-entrata dwar “Balkan Biocert Skopje”, il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(7) |
Fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l.”,
|
(8) |
Fl-entrata dwar “BioGro New Zealand Limited”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(9) |
Fl-entrata dwar “Bio.inspecta AG”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(10) |
Fl-entrata dwar “CCPB Srl”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(11) |
L-entrata dwar “Center of Organic Agriculture in Egypt” għandha titħassar. |
(12) |
Fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(13) |
Fl-entrata dwar “Certisys”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(14) |
Wara l-entrata war “Certisys”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja dwar il-“Company of Organic Agriculture in Palestine”: “ ‘Company of Organic Agriculture in Palestine’
|
(15) |
Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(16) |
Fl-entrata dwar “Ecoglobe”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(17) |
Wara l-entrata dwar “Ecoglobe”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja dwar l-“Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)”: “ ‘Egyptian Center Of Organic Agriculture (ECOA)’
|
(18) |
Fl-entrata dwar “Ekolojik Tarim Kontrol Organizasyonu”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(19) |
Fl-entrata dwar “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(20) |
Fl-entrata dwar “IMO Control Private Limited”,
|
(21) |
Fl-entrata dwar “IMO-Control Sertifikasyon Tic. Ltd. Ști”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(22) |
Fl-entrata dwar “IMO Institut für Marktökologie GmbH”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(23) |
L-entrata dwar “Institute for Marketecology (IMO)” għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(24) |
Fl-entrata dwar l-“Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(25) |
Fl-entrata dwar l-“Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l.”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(26) |
L-entrata dwar “LACON GmbH” għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(27) |
Fl-entrata dwar “NASAA Certified Organic Pty Ltd”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(28) |
Fl-entrata dwar “Onecert, Inc.”,
|
(29) |
Fl-entrata dwar “Oregon Tilth”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(30) |
Fl-entrata dwar “Organización Internacional Agropecuaria”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(31) |
Fl-entrata dwar “TÜV Nord Integra”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
(1) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”
(2) Din id-deżinjazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u mal-opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”