This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021C0611(01)
Political statement of the European Parliament, the Council of the European Union and the European Commission on the occasion of the adoption of the Interinstitutional Agreement on a Mandatory Transparency Register
Dikjarazzjoni politika tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza Obbligatorju
Dikjarazzjoni politika tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza Obbligatorju
ĠU L 207, 11.6.2021, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/18 |
DIKJARAZZJONI POLITIKA TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U TAL-KUMMISSJONI EWROPEA FL-OKKAŻJONI TAL-ADOZZJONI TAL-FTEHIM INTERISTITUZZJONALI DWAR REĠISTRU TA’ TRASPARENZA OBBLIGATORJU
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu l-importanza tal-prinċipju tal-kundizzjonalità bħala ġebla tax-xewka tal-approċċ ikkoordinat li ħadu t-tliet istituzzjonijiet bil-għan li jsaħħu kultura ta’ trasparenza komuni filwaqt li jistabbilixxu standards għoljin ta’ rappreżentanza tal-interessi trasparenti u etika fil-livell tal-Unjoni.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jirrikonoxxu li l-kundizzjonalità u l-miżuri ta’ trasparenza kumplimentari fis-seħħ fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin huma konsistenti mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Reġistru ta’ Trasparenza Obbligatorju, isaħħu l-objettiv tal-approċċ ikkoordinat tagħhom u jikkostitwixxu bażi soda biex fuqha ikompli jinbena u biex jittejjeb dak l-approċċ u tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-interessi etika fil-livell tal-Unjoni:
|
— |
laqgħat ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati, fejn ikun applikabbli (1); |
|
— |
pubblikazzjoni tal-laqgħat mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, fejn ikun applikabbli (2); |
|
— |
laqgħat tal-persunal, b’mod partikolari f’livell għoli, ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati (3); |
|
— |
diskors waqt seduti ta’ smigħ pubbliċi fil-Parlament Ewropew (4); |
|
— |
is-sħubija fi gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u l-parteċipazzjoni f’ċerti avvenimenti, fora jew sessjonijiet ta’ informazzjoni (5); |
|
— |
aċċess għall-bini tal-istituzzjonijiet (6); |
|
— |
patroċinju għal avvenimenti għal rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess reġistrati, fejn ikun rilevanti; |
|
— |
id-dikjarazzjoni politika tal-Istati Membri li japplikaw volontarjament, f’konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali, il-prinċipju ta’ kundizzjonalità għal-laqgħat tar-Rappreżentant Permanenti tagħhom u tad-Deputat Rappreżentant Permanenti tagħhom ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess matul il-Presidenza tagħhom tal-Kunsill u fis-sitt xhur preċedenti, u kwalunkwe miżura volontarja ulterjuri ta’ Stati Membri individwali f’konformità mal-liġi u l-kompetenzi nazzjonali lil hinn minn dan, li t-tnejn huma nnotati b’mod ugwali. |
(1) L-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 0700 tal-31 ta’ Jannar 2018 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea (C(2018)0700) (ĠU C 65, 21.2.2018, p. 7); il-punt V tal-Metodi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
(2) L-Artikolu 11(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/838/UE, Euratom tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew persuni li jaħdmu għal rashom (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 19); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/839/UE, Euratom tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar laqgħat li jsiru bejn Membri tal-Kummissjoni u organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 22).
(3) L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/929 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess (ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali); il-punt V tal-Metodi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea.
(4) L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-regoli dwar is-seduti ta’ smigħ pubbliċi.
(5) L-Artikolu 35 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew; l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016)3301 tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni; (C(2016)3301); l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/929 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess (ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali),
(6) L-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew moqri flimkien mad-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar ir-regoli li jirregolaw it-titoli u l-awtorizzazzjonijiet li jagħtu aċċess għall-binjiet tal-Parlament; l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/929 tas-6 ta’ Mejju 2021 dwar ir-regolamentazzjoni tal-kuntatti bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess (ara l-paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).