This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2012/325/06
Call for proposals — EACEA/40/12 — MEDIA 2007 — Promotion/Access to markets
Sejħa għall-proposti – EACEA/40/12 – MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
Sejħa għall-proposti – EACEA/40/12 – MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
ĠU C 325, 26.10.2012, pp. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/15 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/40/12
MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
2012/C 325/06
1. Objettivi u Deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
L-objettivi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill hawn fuq imsemmija jinkludu:
— |
l-iffaċilitar u t-tħeġġiġ tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv u ċinematografiku Ewropew waqt wirjiet kummerċjali, fieri u festivals awdjoviżivi fl-Ewropa u madwar id-dinja, sakemm avvenimenti bħal dawn jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u fin-netwerking ta’ professjonisti; |
— |
it-tħeġġiġ tal-ħolqien ta’ netwerks ta’ operaturi Ewropej, billi jiġu appoġġati attivitajiet konġunti fis-swieq Ewropej u dawk internazzjonali permezz ta’ korpi ta’ promozzjoni nazzjonali jew privati. |
2. Applikanti Eleġibbli
Dan l-avviż huwa indirizzat lill-organizzazzjonijiet Ewropej; dawk reġistrati fi u kkontrollati minn ċittadini mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007 (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja), l-Isvizzera u l-Kroazja.
Il-Bosnja-Ħerzegovina (taħt il-kundizzjoni tal-finalizzazzjoni tal-proċess ta’ negozjati u l-formalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dan il-pajjiż għall-programm MEDIA).
3. Azzjonijiet Eliġibbli
L-objettiv ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li jappoġġja azzjonijiet u attivitajiet li jseħħu fi u barra mill-pajjiżi membri tal-Programm MEDIA.
L-objettivi huma li jiġu appoġġati azzjonijiet li għandhom l-għanijiet li ġejjin:
— |
li jtejbu ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej billi jiżguraw li s-settur awdjoviżiv Ewropew ikollu aċċess għas-swieq awdjoviżivi Ewropej u internazzjonali professjonali; |
— |
li jinkoraġġixxu attivitajiet komuni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali li jippromwovu films u programmi awdjoviżivi; |
— |
li jinkoraġġixxu l-bini ta’ sħubija ekonomika bejn pajjiżi u professjonisti ġewwa u barra l-programm MEDIA u li jiffaċilitaw għarfien reċiproku u fehim aħjar. |
Il-proġetti għandhom idumu għaddejjin għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar.
L-attivitajiet għandhom jibdew mhux qabel l-1 ta’ Ġunju 2013 u jintemmu mhux wara l-31 ta’ Diċembru 2014.
4. Kriterji għall-Għoti
Applikanti/proġetti eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ punteġġ ta’ 100 punt skont il-kriterji li ġejjin:
Dimensjoni Ewropea tal-azzjoni |
30 punt |
Impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej |
30 punt |
Il-kwalità u l-kost-effikaċja tal-pjan ta’ azzjoni sottomess |
25 punt |
Aspetti innovattivi tal-azzjoni |
5 punti |
Promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin minn pajjiżi Ewropej li għandhom kapaċità żgħira ta’ produzzjoni awdjoviżiva |
10 punti |
5. Baġit
Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti jammonta għal EUR 3 000 000.
L-għajnuna massima finanzjarja ma tistax tkun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali tal-azzjoni.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta’ Skadenza Għas-Sottomissjonijiet
Id-dati ta’ skadenza biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma:
— |
14 ta’ Diċembru 2012 għall-attivitajiet li se jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
— |
3 ta’ Ġunju 2013 għall-attivitajiet annwali li ser iseħħu fl-2014 u l-attivitajiet li jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Mejju 2014. |
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) |
Unit Programme MEDIA — P8 |
Call for Proposals EACEA/40/12 Promotion/Access to Markets |
BOUR 3/30 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Sejrin jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola t-tajba, mimlija kif suppost, iddatati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa ġuridika li torbot lill-organizzazzjoni li qiegħda tapplika.
Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew b’email ma jiġux aċċettati.
7. Tagħrif Sħiħ
Il-linji gwida għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, huma disponibbli fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/promo/markt/forms/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola pprovduta u għandu jkun fihom l-appendiċi u l-informazzjoni kollha mitluba.