Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

Kumitat ta’ Konċiljazzjoni

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni), Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jista’ jiġi stabbilit, kif previst fl-Artikolu 294 (10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU), fejn meħtieġ, biex jilħaq ftehim fuq leġiżlazzjoni proposta bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Il-Kumitat huwa kompost mill-membri tal-Kunsill (jew ir-rappreżentanti tagħhom) u numru indaqs ta’ membri tal-Parlament Ewropew.

Dan il-Kumitat, li huwa kopresedut mill-Presidenti tal-Parlament u tal-Kunsill, għandu l-kompitu li jilħaq ftehim fuq test konġunt fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet taż-żewġ istituzzjonijiet fit-tieni qari ta’ proċedura leġiżlattiva.

Il-Kummissjoni Ewropea tieħu sehem fil-proċedimenti tiegħu bil-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet differenti.

Dan il-Kumitat għandu jadotta test konġunt fi żmien sitt ġimgħat wara li jitlaqqa’, inkella l-leġiżlazzjoni proposta għandha titqies li ma ġietx adottata. Jekk ikun approvat mill-Kumitat, it-test konġunt irid jiġi adottat:

  • permezz ta’ maġġoranza assoluta tal-voti tal-Parlament;
  • permezz ta’ maġġoranza kwalifikata tal-voti tal-Kunsill.

Jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jadottawx it-test konġunt approvat mill-Kumitat, il-leġiżlazzjoni proposta mhijiex meqjusa li ġiet adottata.

Jeżistu regoli speċifiċi f’każ li Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jiltaqa’ għal kwistjonijiet baġitarji.

ARA WKOLL

Top