Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/075/11

Sejħa għall-proposti skont il-programm multiannwali tal-2009 għall-għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 2178

ĠU C 75, 31.3.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 75/34


Sejħa għall-proposti skont il-programm multiannwali tal-2009 għall-għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TENT-T) għall-perjodu 2007-2013

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 2178

(2009/C 75/11)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea qed iniedi sejħa għall-proposti, skont il-programm ta' ħidma multiannwali għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, biex isiru għotjiet lil:

Qasam Nru 8:

Proġett Prijoritarju TEN-T Nru 21 — Awtostradi tal-baħar. L-ammont massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2009, huwa EUR 30 miljun.

Qasam Nru 9:

proġetti fil-qasam tas-Sistemi Intelliġenti għat-Traffiku fit-Toroq. L-ammont massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2009, huwa EUR 100 miljun.

Qasam Nru 10:

proġetti fil-qasam tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS). L-ammont massimu disponibbli għall-proposti magħżula, għall-2009, huwa EUR 240 miljun.

Is-sejħa tagħlaq fil-15 ta' Mejju 2009.

It-test komplut ta' din is-Sejħa għall-proposti huwa disponibbli mis-sit:

http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/ten_t_ea/call_for_proposals_2009_en.htm


Top