This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/302/11
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5731 — AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 302, 12.12.2009, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 302/11
1. |
Fit-3 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AXA LBO FUND IV (Franza), entità taħt il-kontroll aħħari tal-Group AXA (“AXA”, Franza), akkwistat, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament, il-kontroll uniku tal-impriża Home Shopping Europe GmbH (“HSE”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5731 – AXA LBO FUND IV/Home Shopping Europe, fl-indirizz li ġej:
|