This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009BP0087
Mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund: Belgium – textile industry; Ireland – Dell European Parliament resolution of 25 November 2009 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))#ANNEX
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))
ANNESS
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 25 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))
ANNESS
ĠU C 285E, 21.10.2010, pp. 151–155
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 285/151 |
L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Belġju - industrija tessili; Irlanda - Dell
P7_TA(2009)0087
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2009)0515 – C7-0208/2009 – 2009/2135(BUD))
2010/C 285 E/34
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0515 – C7-0208/2009),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (Regolament EGF),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0044/2009),
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, |
|
B. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li spiċċaw redundant għandha tkun waħda dinamika u għandha ssir disponibbli malajr u bl-aktar mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta’ Lulju 2008, u filwaqt li titqies kif jixraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 f'dik li hija l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond, |
|
C. |
billi l-Belġju u l-Irlanda talbu l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw it-telf ta' impjiegi fis-settur tat-tessuti fir-reġjuni Belġjani ta' Fjandra tal-Lvant u tal-Punent (3) u ta' Limburg (4), u fl-industrija tal-manifattura tal-kompjuters fil-kontej Irlandiżi ta' Limerick, Clare u North Tipperary, kif ukoll fil-belt ta' Limerick (5), |
|
D. |
billi ż-żewġ applikazzjonijiet issodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament EGF, |
|
E. |
billi fil-każ tal-applikazzjoni Irlandiża, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali talab tagħrif supplementari mill-Kummissjoni, |
|
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-EGF; |
|
2. |
Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond; filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw redundant bħala riżultat tal-globalizzazzjoni; |
|
3. |
Jisħaq fuq il-punt li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi kollha tagħha biex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali; jenfasizza li f'dan ir-rigward l-EGF jista' jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li sfaw redundant; |
|
4. |
Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament EGF, għandu jkun żgurat li l-EGF jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-EGF m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m'għandha tieħu post miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi; |
|
5. |
Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-EGF, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-EGF inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu; |
|
6. |
Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-EGF għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u l-bosta strumenti oħra maħluqa mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013; |
|
7. |
Jinnota li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali evalwa l-proposta tal-Kummissjoni u m'għandux oġġezzjonijiet x'iqajjem fil-każ tal-applikazzjonijiet Belġjani, iżda talab kjarifiki mill-Kummissjoni dwarf l-applikazzjoni Irlandiża rigward il-każ ta' Dell; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-paragrafi 1 sa 6 tal-opinjoni ta' dak il-Kumitat; |
|
8. |
Jevalwa l-konsegwenzi tat-tweġibiet tal-Kummissjoni qabel ma jieħu d-deċiżjoni aħħarija tiegħu kemm dwar l-istrument legali kif ukoll dwar l-istrument baġitarju; |
|
9. |
Jistenna li l-Kummissjoni tqis id-diffikultajiet attwali u li mil-lum 'il quddiem tippreżenta l-proposti għal deċiżjonijiet tagħha dwar il-mobilizzazzjoni tal-EGF f'dokumenti separati: proposta għal deċiżjoni waħda għal kull applikazzjoni ta' Stat Membru; |
|
10. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
11. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
12. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) EGF/2009/004 BE/Oost en West Vlaanderen textiles.
(4) EGF/2009/005 BE/Limburg textiles.
(5) EGF/2009/008 IE/Dell.
L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Novembru 2009
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), b'mod partikulari il-punt 28 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) kien stabbilit biex jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li sfaw redundant li jsofru mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri li jseħħu fir-ritmi tal-kummerċ u biex jgħinhom fl-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
|
(2) |
L-għan tal-EGF twessa għall-applikazzjonijiet ippreżentati mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika. |
|
(3) |
Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
|
(4) |
Il-Belġju ressaq żewġ applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' redundancies fis-settur tat-tessuti, fil-5 ta' Mejju 2009. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża l-ammont ta' EUR 9 198 874. |
|
(5) |
L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward ta' redundancies fis-settur tal-industrija tal-manifattura tal-kompjuters, fid-29 ta' Ġunju 2009. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li tuża ammont ta' EUR 14 831 050. |
|
(6) |
L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa mill-Belġju u l-Irlanda. |
JIDDEĊIEDU:
Artikolu 1
Fil-qafas tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jkun mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 24 029 924 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President