This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XG1209(02)
Draft amending budget No 6 of the European Union for the financial year 2011 — Council Position
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill
ĠU C 359, 9.12.2011, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/9 |
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 – Pożizzjoni tal-Kunsill
2011/C 359/06
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 ġie definittivament adottat fil-15 ta' Diċembru 2010 (3), |
(2) |
Fit-18 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2011, |
(3) |
Minħabba li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 għall-2011 jeħtieġ li jiġi implimentat fis-sena finanzjarja 2011 għal raġunijiet ta' ġestjoni finanzjarja sana, huwa ġġustifikat li jitnaqqsu l-perijodu ta' tmien ġimgħat stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 għall-informazzjoni tal-Parlamenti Nazzjonali, kif ukoll il-perijodu ta' għaxart ijiem għat-tqegħid tal-punt fl-aġenda proviżorja tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 kienet adottata fit-30 ta' Novembru 2011.
It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'Corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.
(2) ĠU L 311, 26.11.2011, p. 9.