Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XG1026(02)

L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni ta' ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), SHAKURI Ali Gholam u SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu elenkata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012

ĠU C 325, 26.10.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/12


L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni ta' ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), SHAKURI Ali Gholam u SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), inklużi fil-lista pprovduta fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu elenkata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 542/2012 (1)

2012/C 325/03

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni msemmija hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni aġġornata tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex qed jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tali talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 3 ġimgħat mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż.

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu rċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Biex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet ġimgħat mid-data tan-notifika ta' dan l-avviż.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm


(1)  ĠU L 165, 26.6.2012, p. 12.


Top