Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011IP0269

Kumpaniji tad-direttorju qarrieqa Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-kumpaniji ta’ direttorju qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn)

ĠU C 380E, 11.12.2012, pp. 128–129 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 380/128


Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011
Kumpaniji tad-direttorju qarrieqa

P7_TA(2011)0269

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-kumpaniji ta’ direttorju qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn)

2012/C 380 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kumpaniji ta’ direttorju qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn) (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Parlament irċieva aktar minn 400 petizzjoni dwar it-tixtrid ta’ prattiki kummerċjali qarrieqa min-naħa ta’ kumpaniji tad-direttorji kummerċjali li jaffettwaw eluf ta’ impriżi, li l-biċċa l-kbira jkunu żgħar, fl-Unjoni Ewropea, b'impatt finanzjarju sinifikanti; billi l-Parlament għadu jirċievi petizzjoniji u lmenti dwar il-kumpaniji tad-direttorji kummerċjali,

B.

billi l-prattiki kummerċjali qarrieqa inkwistjoni tipikament jippruvaw jikkonvinċu lin-negozji, kif ukoll lill-professjonisti u l-entitajiet mingħajr skop ta’ lukru, biex jitniżżlu mingħajr ħlas f'direttorji kummerċjali; billi l-firmatarji aktar tard jiskopru li ffirmaw kuntratt bi ħlas,

C.

billi l-kumpaniji tad-direttorju kummerċjali spiss ikunu stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dak tal-vittmi tagħhom, u għalhekk ikun diffiċli għall-vittma li tfittex protezzjoni u/jew rimedju mingħand l-awtoritajiet nazzjonali,

1.

Jesprimi dispjaċir li d-Direttiva 2006/114/KE (2) dwar ir-riklamar qarrieqi u komparattiv li tapplika għal tranżazzjonijiet bejn intrapriża u oħra, tidher li jew mhix suffiċjenti biex tipprovdi rimedju effettiv jew mhux qed tiġi infurzata kif jixraq mill-Istati Membri;

2.

Ifakkar li, għalkemm il-Kummissjoni m'għandha l-ebda setgħa li tinforza d-Direttiva direttament kontra individwi jew kumpaniji, hi għandha dmir li tiżgura li d-Direttiva tiġi implimentata b'mod xieraq mill-Istati Membri;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika b'mod proattiv it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar nazzjonali tad-Direttiva 2006/114/KE min-naħa tal-Istati Membri u tieħu azzjoni korrettiva fejn meħtieġ;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-attivitajiet tagħha rigward ir-reviżjoni u t-titjib tad-Direttiva u l-leġiżlazzjoni relevanti oħra sabiex twaqqaf il-prattiki qarrieqa tal-kumpaniji tad-direttorju kummerċjali kemm jista' jkun malajr, partikolarment billi telenka b'mod speċifiku fil-lista s-sewda l-prattiki qarrieqa tad-direttorji kummerċjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 376 tas-27.12.2006, p. 21.


Top