Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0211(02)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-8 ta’ Frar 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal- Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ĠU C 52, 11.2.2016, pp. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

Related international agreement

11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-8 ta’ Frar 2016

dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal- Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2016/C 52/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 101(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”),

Billi:

(1)

Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċeduri separati fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea minn naħa u fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika min-naħa l-oħra.

(2)

Fit-13 ta’ Mejju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/321/UE (1) dwar il-konklużjoni tal-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

(3)

Fit-22 ta’ Ottubru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/315/Euratom (2) li tapprova l-konklużjoni tal-Protokoll mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(4)

Għaldaqstant il-Protokoll għandu jiġi konkluż ukoll f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fejn jidħlu kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) (3) hija b’hekk approvata.

Artikolu 2

Il-President tal-Kummissjoni huwa b’hekk awtorizzat li jwettaq il-passi kollha meħtieġa f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li tkun marbuta bil-Protokoll, b’mod partikolari li tiddepożita n-notifikazzjoni hekk kif previst fl-Artikolu 11 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-8 ta’ Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/321/UE tat-13 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 30).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/315/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 93, 28.3.2014, p. 2.


Top