This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0228
European Parliament resolution of 23 May 2013 on reinstatement of Myanmar/Burma’s access to generalised tariff preferences (2012/2929(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar ir-ristabbiliment tal-aċċess ta’ Mjanmar/Burmagħas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (2012/2929(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar ir-ristabbiliment tal-aċċess ta’ Mjanmar/Burmagħas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (2012/2929(RSP))
ĠU C 55, 12.2.2016, pp. 112–117
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/112 |
P7_TA(2013)0228
L-aċċess tal-Mjanmar/Burma għas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar ir-ristabbiliment tal-aċċess ta’ Mjanmar/Burmagħas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (2012/2929(RSP))
(2016/C 055/17)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Burma/il-Mjanmar, b’mod partikolari dawk tal-20 ta’ April 2012 (1) u tat-22 ta’ Novembru 2012 (2), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2012 (3) dwar il-persekuzzjoni tal-Musulmani Rohingya f’Burma/il-Mjanmar, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tat-23 ta' April 2012 dwar Burma/il-Mjanmar, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton u tal-Kummissarju għall-Kummerċ Karel De Gucht tal-15 ta’ Ġunju 2012, li talbet ir-ristabbiliment tal-preferenzi kummerċjali għal Burma/il-Mjanmar, kif ukoll id-dikjarazzjoni mill-kelliem tar-Rappreżentant Għoli tas-6 ta’ Frar 2013 dwar l-organizzazzjoni eventwali ta’ Task Force Mjanmar/UE sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ekonomika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (COM(2012)0524), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 (4), li japplika Skema ta’ Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati (SPĠ), |
|
— |
wara li kkunsidra r-“Resolution concerning the measures on the subject of Myanmar adopted under article 33 of the ILO Constitution” (Riżoluzzjoni dwar il-miżuri fuq is-suġġett tal-Mjanmar adottati skont l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol), adottata mill-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol fit-13 ta’ Ġunju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istrateġija konġunta bejn il-Mjanmar u l-ILO għat-tneħħija tax-xogħol furzat sal-31 ta' Diċembru 2015, kif approvat mill-awtoritajiet tal-Mjanmar/Burma fil-5 ta' Lulju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument tal-Gvern tal-Istati Uniti tal-11 ta’ Lulju 2012 bit-titolu “Reporting Requirements on Responsible Investment in Burma” (Rekwiżiti ta’ Rappurtar dwar l-Investiment Responsabbli f’Burma" (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-6 ta’ Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Burma/il-Mjanmar, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fil-Post tax-Xogħol, adottata fl-1998, u l-konvenzjonijiet tal-ILO li jistabbilixxu standards universali fundamentali tax-xogħol fir-rigward ta': l-abolizzjoni tax-xogħol furzat (Nri 29 (1930) u 105 (1957)); il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt tal-innegozjar kollettiv, (Nri 87 (1948) u 98 (1949)); l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal (Nri 138 (1973) u 182 (1999)); u n-nondiskriminazzjoni fl-impjieg, (Nri 100 (1951) u 111 (1958)), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni għall-prevenzjoni tar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-forzi armati tal-Mjanmar, li ġie ffirmat mill-gvern ta’ Burma/il-Mjanmar u min-NU fis-27 ta' Ġunju 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC), b'mod partikolari l-Artikolu 38 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (6) u l-konklużjonijiet dwar in-nondiskriminazzjoni fl-impjieg tat-8 ta' Diċembru 2009 (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, aġġornati f'Mejju 2011, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Inizjattiva ta’ Rappurtar Globali u l-Linji Gwida tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà tagħha (8), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Prinċipji tan-NU għall-Investiment Responsabbli (UNPRI), |
|
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Pakkett ‘Negozji responsabbli’” (COM(2011)0685), |
|
— |
wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza) (COM(2011)0683) u l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi (COM(2011)0684), li temenda d-Direttiva 2003/51/KE (id-“Direttiva tal-Kontabbiltà”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (9), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta’ Frar 2013 dwar “Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv” (10) u dwar "ir-responsabbiltà soċjali korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli (11), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ewwel Laqgħa Interparlamentari bejn il-PE u l-Mjanmar li saret bejn is-26 ta' Frar u t-2 ta' Marzu 2012, u r-rapport dwarha (12), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Mjanmar/Burma għadha fraġli minkejja l-passi li qed jieħu l-gvern tal-President Thein Sein; |
|
B. |
billi Mjanmar/Burmaġeografikament jagħmel parti minn reġjun ta' interess strateġiku u ġeopolitiku kbir, b'mod partikolari għall-UE, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Indja u l-Awstralja; |
|
C. |
billi dawn il-bidliet li għaddejjin bħalissa joħolqu opportunitajiet importanti għall-iżvilupp ta’ relazzjoni mtejba ħafna bejn l-UE u Mjanmar/Burma, jgħinu l-proċess ta’ riforma u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku, politiku u soċjali; |
|
D. |
billi l-Kummissjoni pproponiet li terġa’ tintroduċi aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil Mjanmar/Burmaabbażi tal-fatt li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) stqarret li l-ksur tal-Konvenzjoni tagħha dwar ix-Xogħol Furzat m’għadux jitqies bħala serju u sistematiku; |
|
E. |
billi skont l-istimi tal-ILO, għad hemm madwar 5 000 tifel u tifla suldati f’Mjanmar/Burma; |
|
F. |
billi hemm ħtieġa għal prudenza, minħabba li, skont ir-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar, għad baqa’ tħassib serju dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-detenzjoni arbitrarja, iċ-ċaqliq furzat, il-konfiska tal-art, l-użu tas-suldati tfal, atti ta’ aggressjoni kontra minoranzi etniċi u ġudikatura dgħajfa; |
|
G. |
billi fl-imgħoddi ħafna setturi tal-attività ekonomika f'Mjanmar/Burma, bħall-minjieri, l-injam, iż-żejt, il-gass u l-kostruzzjoni tad-digi kienu konnessi direttament ma' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u mal-qerda tal-ambjent u kienu, fl-istess ħin, is-sors ewlieni ta’ dħul tal-gvern militari; |
|
H. |
billi l-kumpaniji li joperaw fi stati fraġli u f’żoni b’governanza dgħajfa, bħal Mjanmar/Burma, jiffaċċjaw riskju ogħla li jikkawżaw jew jikkontribwixxu għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; billi għalhekk huma meħtieġa miżuri speċjali sabiex jiġi evitat dan ir-riskju, kif rikonoxxut mir-rekwiżiti ta' rappurtar tal-Gvern tal-Istati Uniti għal investiment responsabbli f'Mjanmar/Burma; |
|
I. |
billi l-kumpaniji Ewropej u s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom jistgħu jiżvolġu rwol fundamentali fil-promozzjoni u t-tixrid tal-istandards soċjali u tax-xogħol madwar id-dinja; |
|
J. |
billi kwalunkwe impriża li topera f’Mjanmar/Burmagħandha tissodisfa l-obbligu tagħha li tirrispetta l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u għalhekk għandha:
|
|
1. |
Jirrikonoxxi l-passi sinifikanti li ttieħdu mill-President Thein Sein u riformaturi oħrajn f'Mjanmar/Burmafl-introduzzjoni ta' riformi demokratiċi matul is-sena li għaddiet, li wasslu sabiex il-Kummissjoni tipproponi r-ristabbiliment tal-aċċess ta' Mjanmar/Burmagħall-Iskema ta' Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati (SPĠ); iħeġġiġhom ikomplu b’dan il-proċess bħala kwistjoni ta’ urġenza sabiex id-demokratizzazzjoni sħiħa, il-konsolidament tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha jsiru kemm permanenti kif ukoll irriversibbli; |
|
2. |
Jappella sabiex id-diskussjonijiet dwar il-paċi mal-gruppi etniċi, speċjalment il-Katchin, jitkomplew, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' Mjanmar/Burma jistabbilixxu pjan ta' azzjoni biex tintemm r-repressjoni kontra r-Rohingya, u minoranzi oħrajn soġġetti għal repressjoni, inkluż l-għoti mid-drittijiet taċ-ċittadinanza l-indirizzar ta' preġudizzji li ilhom jeżistu għal żmien twil u attitudnijiet diskriminatorji bbażati fuq l-etniċità u r-reliġjon, u l-iżvilupp ta' politika ta' integrazzjoni u rikonċiljazzjoni fit-tul għal komunitajiet spustati; |
|
3. |
Jistieden lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajaderixxi għall-prinċipji tal-governanza tajba u jeħles il-priġunieri politiċi kollha li baqa’ mingħajr dewmien u kundizzjonijiet; jistieden ukoll lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajiżgura r-rispett għal-libertà ta’ opinjoni u espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni, u jkompli l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet bħall-ILO, sabiex jelimina x-xogħol furzat u jiżgura li l-implimentazzjoni tal-liġijiet dwar l-organizzazzjonijiet tax-xogħol u l-protesti u l-għaqdiet paċifiċi tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burma jirratifika l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, jippermetti li l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-gruppi ta’ monitoraġġ nazzjonali jkollhom aċċess sħiħ għall-ħabsijiet, u jieħu miżuri immedjati u effikaċi biex jipprevjeni t-tortura u t-trattament ħażin; |
|
5. |
Iħeġġeġ lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajaċċellera l-isforzi biex jirrevedi u jirriforma l-leġiżlazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali li jiksru standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, b’dati ta’ mira ċari għall-konklużjoni ta’ kull reviżjoni; jinnota li dawn ir-riformi għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni bla xkiel tal-gruppi tas-soċjetà ċivili u l-assistenza tal-korpi internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, bħall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jistieden lill-gvern jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ liġijiet ġodda u riveduti, inkluż permezz tat-taħriġ u l-bini tal-kapaċità ta’ istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni, membri tal-professjoni legali, uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura; |
|
6. |
Jiddispjaċih li, minkejja diversi wegħdiet mill-President Thein Sein, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti għadu ma kienx kapaċi jistabbilixxi preżenza permanenti fil-pajjiż; |
|
7. |
Jenfasizza l-importanza li l-allegazzjonijiet kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’żoni milquta minn konflitti jiġu indirizzati b’mod indipendenti, u li n-Nazzjonijiet Uniti u ħaddiema oħra li joperaw fil-qasam tal-għajnuna u ħaddiema umanitarji jingħataw aċċess għal dawk kollha li jkunu jeħtieġu għajnuna umanitarja, kemm f’territorji kkontrollati mill-gvern u kemm f’territorji mhux ikkontrollati mill-gvern; |
|
8. |
Jistieden lill-Gvern tal-Mjanmar/Burma jimplimenta bis-sħiħ il-Pjan ta' Azzjoni Konġunt mal-ILO dwar it-tneħħija tax-xogħol furzat sal-31 ta' Diċembru 2015 u biex ikompli l-kooperazzjoni mill-qrib tiegħu ma’ organizzazzjonijiet bħall-ILO, sabiex jelimina din il-prattika u jiżgura li l-implimentazzjoni tal-liġijiet relatati mal-organizzazzjonijiet tax-xogħol u l-manifestazzjonijiet u l-għaqdiet paċifiċi tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
|
9. |
Jinnota l-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-investiment barrani ta’ Novembru 2012, li qed tissorvelja l-liberalizzazzjoni mingħajr preċedent tal-ekonomija; jisħaq fuq l-importanza li jiġi ratifikat il-Memorandum ta’ Ftehim tal-ILO, iffirmat mill-Ministru tax-Xogħol ta’ Burma, bl-għan li jtemm ix-xogħol furzat sal-2015, u li jiġi implimentat il-pjan sabiex tiġi adottata leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u dwar it-tassazzjoni; |
|
10. |
Jirrikonoxxi li, minħabba perjodu twil ta' tmexxija militari li invadiet u strutturat is-saffi kollha tas-soċjetà ta' Burma, u minkejja l-inizjattivi importanti mmirati lejn id-demokratizzazzjoni, il-bidliet qed iseħħu bil-mod u jeħtieġu għajnuna u appoġġ internazzjonali; |
|
11. |
Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti li r-reklutaġġ furzat tat-tfal fost il-forzi tat-Tatmadaw Kyi (l-armata tal-Mjanmar) u l-Forzi tal-Gwardja tal-Fruntiera ma waqafx, u għalhekk jistieden lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajimplimenta b’ħeffa l-aspetti kollha tal-pjan ta' azzjoni dwar is-suldati tfal, li ffirma man-Nazzjonijiet Uniti, u jappella sabiex il-protezzjoni tat-tfal issir prijorità għolja fuq l-aġenda tar-riforma; |
|
12. |
Jistieden il-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajiżgura li l-bdiewa u l-komunitajiet jiġu protetti mill-konfiska tal-artijiet u mill-evizzjonijiet furzati, b’konformità mal-istandards internazzjonali; jinnota t-tħassib dwar il-Kostituzzjoni, il-Liġi dwar l-Art Agrikola u l-Liġi dwar il-Ġestjoni tal-Art Vakanti, Mistrieħa u Verġni, li tippermetti lill-gvern jikkonfiska l-art għal kwalunkwe proġett li jemmen li huwa ta' “interess nazzjonali” u tippermettilu jagħmel użu mill-artijiet “vakanti” kollha, li xi wħud minnhom huma okkupati u jipprovdu mezz ta’ għajxien għal komunitajiet; jinnota wkoll li negozjanti b'konnessjonijiet tajbin qed ifittxu li jieħdu azzjoni legali biex jirreġistraw tali artijiet f’isimhom; |
|
13. |
Jisħaq fuq l-importanza tal-programm ta' għajnuna għal perjodu qasir tal-Kummissjoni b'rabta mal-kummerċ li għandu jibda fl-2013; jistieden lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmabiex isaħħaħ l-istituzzjonijiet u l-politiki tiegħu fil-qasam kummerċjali, fid-dawl tal-effetti pożittivi tagħhom fuq l-ekonomija tal-pajjiż, u biex jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jimmassimizza l-benefiċċju mill-għajnuna tal-UE b'rabta mal-kummerċ u r-ristabbiliment tal-preferenzi tat-tip “Kollox ħlief Armi”; |
|
14. |
Jitlob li jiżdied il-livell tal-għajnuna għall-iżvilupp bilaterali tal-UE lil Mjanmar/Burmataħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 u li l-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajippromwovi u jappoġġa azzjoni fl-oqsma prinċipali koperti mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR): il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jinnota, f’dan ir-rigward, ix-xogħol taċ-Ċentru għall-Paċi fil-Mjanmar iffinanzjat mill-UE; jistenna li l-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajaċċetta u jiffaċilita l-ftuħ ta’ Uffiċċju reġjonali tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU b’mandat sħiħ, peress li l-pajjiż jeħtieġ mhux biss għajnuna teknika iżda wkoll mekkaniżmu għall-monitoraġġ mill-qrib tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
15. |
Jinnota d-deċiżjoni tal-Assoċjazzjoni ta’ Nazzjonijiet tal-Asja tax-Xlokk (ASEAN) li taċċetta t-talba ta’ Burma/il-Mjanmar li jippresiedi fl-organizzazzjoni fl-2014 bħala sinjal ta' fiduċja mġedda fil-pajjiż; |
|
16. |
Jisħaq fuq il-bżonn li l-Gvern ta’ Mjanmar/Burmajsaħħaħ l-istituzzjonijiet u l-politiki kummerċjali tiegħu, li jfassal pjan għat-tisħiħ tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u dawk fil-qasam tat-tassazzjoni, u li jistabbilixxi qafas għall-kumpaniji b’mod konformi mal-istandards internazzjonali dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u dik ambjentali; |
|
17. |
Jilqa' l-impenn mill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmali jimplimenta bis-sħiħ l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), li se tirrikjedi li l-Gvern jiżvela d-dħul li jirċievi mill-industriji estrattivi u mill-attivitajiet ekonomiċi; jistieden ukoll lill-Gvern ta’ Mjanmar/Burmabiex kemm jista' jkun malajr jikseb konformità sħiħa mal-EITI billi jissodisfa r-rekwiżiti relevanti, filwaqt li jinvolvi bis-sħiħ lis-soċjetà ċivili f’dak il-proċess; |
|
18. |
Jirrikonoxxi li l-kummerċ u l-investiment responsabbli u sostenibbli – inkluż ma’ u mill-Unjoni – jistgħu jappoġġaw l-isforzi ta’ Mjanmar/Burmabiex jiġi miġġieled il-faqar u biex jiġi żgurat li l-miżuri jkunu ta’ benefiċċju għal parti akbar tal-popolazzjoni; jinnota, madankollu, li dan għandu jsir billi tiġi promossa l-prattika tal-ogħla standards ta’ integrità u responsabbiltà soċjali korporattiva, kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-“istrateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681); |
|
19. |
Iqis li d-divulgazzjoni lill-investituri u l-konsumaturi hija mutur fundamentali tar-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) u trid tkun ibbażata fuq prinċipji soċjali u ambjentali faċilment applikabbli u li jistgħu jitkejlu; jenfasizza li dan huwa wkoll importanti sabiex jiġi protett il-valur fit-tul tal-investimenti Ewropej; jitlob biex din id-divulgazzjoni tkun ibbażata sew fuq appoġġ għall-Prinċipji tan-NU għal Investiment Responsabbli u fuq il-prinċipju dwar rappurtar integrat (IR); |
|
20. |
Jinnota l-passi pożittivi li ttieħdu fir-riforma attwali tad-Direttiva dwar it-Trasparenza u d-Direttiva dwar il-Kontabbiltà sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tas-CSR filwaqt li jinstab bilanċ bejn it-tiftix leġittimu għat-trasparenza u r-responsabbiltà u l-impenn ta' rappurtar min-naħa tal-kumpaniji; jappoġġa bil-qawwi l-proposta leġiżlattiva għal rappurtar għal kull pajjiż ibbażat fuq l-istandards tal-EITI u għar-rappurtar dwar il-bejgħ u l-profitti, kif ukoll dwar it-taxxi u d-dħul, sabiex tiġi skoraġġita l-korruzzjoni u għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa; jenfasizza li tali r-rappurtar għal kull pajjiż għandu jkopri dawk is-setturi li f’Mjanmar/Burma, kienu marbutin direttament ma' abbużi serji u sistematiċi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-qerda tal-ambjent, bħall-estrazzjoni mill-minjieri, l-injam, iż-żejt u l-gass; |
|
21. |
Jistieden lill-kumpaniji kbar Ewropej involuti fin-negozju ma’ Mjanmar/Burmabiex jirrappurtaw dwar il-politiki u l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta tagħhom relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-ambjent, flimkien mal-applikazzjoni ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri; |
|
22. |
Jistieden lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ tal-impenji tal-impriżi tal-UE fid-dawl tal-prinċipji u l-linji gwida tas-CSR rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, b’konformità mal-komunikazzjoni tagħha dwar l-istrateġija tas-CSR tal-UE, kif ukoll kwalunkwe rekwiżiti volontarji li jistgħu jiġu adottati unilateralment minn impriżi fl-UE, u biex jistabbilixxu gwida fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għas-setturi taż-żejt u tal-gass; |
|
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-iżviluppi f’Mjanmar/Burmafir-rigward tax-xogħol furzat u kwalunkwe ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, u tirreaġixxi għal tali żviluppi skont il-proċeduri u l-mekkaniżmi fis-seħħ, inkluż, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ proposti ġodda ta’ rtirar ta’ preferenzi kummerċjali; |
|
24. |
Jistenna li s-SEAE jikkonsulta mal-Parlament u jżommu informat dwar il-proċess tal-ħolqien ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Mjanmar/Burma; |
|
25. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament ta' Mjanmar/Burma. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0142.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0464.
(3) Testi adottati, P7_TA(2012)0355.
(5) http://www.humanrights.gov/wp-content/uploads/2012/07/Burma-Responsible-Investment-Reporting-Reqs.pdf
(6) “Guiding Principles on Business and Human Rights: Implementing the United Nations ‘Protect, Respect and Remedy’ Framework” tas-16 ta’ Ġunju 2011, approvati mill-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem: http://www.business-humanrights.org/media/documents/ruggie/ruggie-guiding-principles-21-mar-2011.pdf
(7) http://www.business-humanrights.org/SpecialRepPortal/Home/Protect Respect-Remedy-Framework u http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/111819.pdf
(8) Verżjoni 3.1, Marzu 2011: https://www.globalreporting.org/resourcelibrary/G3.1-Sustainability-Reporting-Guidelines.pdf
(9) GU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.
(10) Testi adottati, P7_TA(2013)0050.
(11) Testi adottati, P7_TA(2013)0049.
(12) http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014/documents/dase/cr/897/897838/897838en.pdf838en.pdf