Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0220

P7_TA(2013)0220 Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (COM(2012)0089 – C7-0060/2012 – 2012/0039(COD)) P7_TC1-COD(2012)0039 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003

ĠU C 55, 12.2.2016, pp. 212–213 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/212


P7_TA(2013)0220

Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (COM(2012)0089 – C7-0060/2012 – 2012/0039(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 055/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0089),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4) (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0060/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0371/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 119.


P7_TC1-COD(2012)0039

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta’ Mejju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 576/2013.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u t-Trattament Xieraq tal-Animali (1), il-Kummissjoni ser tinvestiga t-trattament xieraq tal-klieb u l-qtates involuti fil-prattiki kummerċjali.

Jekk ir-riżultat tal-istudju jindika li hemm riskji għas-saħħa minħabba dawk il-prattiki kummerċjali, il-Kummissjoni ser tara li tieħu miżuri xierqa biex tħares is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, inkluż li tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jagħmlu l-adattamenti li hemm bżonn fil-leġislazzjoni preżenti tal-Unjoni dwar il-kummerċ tal-klieb u l-qtates, proposta li tinkludi l-introduzzjoni ta' sistemi kompatibbli għar-reġistrazzjoni tagħhom u li jkunu aċċessibbli fl-Istati Membri.

Fid-dawl ta' hawn fuq, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk hux fattibbli u anke jekk ikunx f'loku li sistemi ta' reġistrazzjoni bħal dawn jiġu estiżi għall-klieb u l-qtates immarkati u identifikati skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċaqliq mhux kummerċjali tal-annimali tad-dar.


(1)  COM(2012)0006 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015.”


Top