Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DP0096

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura) (2015/2047(REG))

ĠU C 346, 21.9.2016, p. 110–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/110


P8_TA(2015)0096

L-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar l-iskrutinju tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarji nnominati (interpretazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura) (2015/2047(REG))

(2016/C 346/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' April 2015 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-paragrafu 1(a) tal-Anness XVI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu:

“L-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ Kummissarju nnominat mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonsisti mhux biss fil-verifika li d-dikjarazzjoni tkun ġiet debitament mimlija, iżda wkoll fl-evalwazzjoni ta’ jekk kunflitt ta' interessi jistax jiġi dedott mill-kontenut tad-dikjarazzjoni. Huwa mbagħad għall-kumitat responsabbli għas-smigħ li jiddeċiedi jekk huwa jeħtieġx aktar informazzjoni mill-Kummissarju nnominat.”

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


Top