This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015BP0098
European Parliament resolution of 28 April 2015 on the Council position on Draft amending budget No 2/2015 of the European Union for the financial year 2015, Section III — Commission (07660/2015 — C8-0098/2015 — 2015/2013(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07660/2015 – C8-0098/2015 – 2015/2013(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07660/2015 – C8-0098/2015 – 2015/2013(BUD))
ĠU C 346, 21.9.2016, pp. 112–113
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/112 |
P8_TA(2015)0098
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015: Emenda tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07660/2015 – C8-0098/2015 – 2015/2013(BUD))
(2016/C 346/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3) (Regolament QFP), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, li l-Kummissjoni adottat fl-20 ta' Jannar 2015 (COM(2015)0016), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, adottata mill-Kunsill fil-21 ta' April 2015 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-22 ta' April 2015 (07660/2015), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0138/2015), |
A. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 huwa marbut mal-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament QFP (COM(2015)0015), kif previst fl-Artikolu 19 tiegħu; |
B. |
billi l-Artikolu 19 tar-Regolament QFP jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali fil-każ ta' adozzjoni tard tar-regoli jew programmi taħt ġestjoni kondiviża biex allokazzjonijiet li ma ntużawx fl-2014 jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, bi qbiż tal-limiti tal-infiq korrispondenti; |
C. |
billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-programmi taħt ġestjoni kondiviża skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament QFP skadew fl-2014 għal ammont ta' EUR 21 043 639 478 fi prezzijiet kurrenti li jikkorrispondi mal-ammonti parzjali ta' programmi għall-2014 li la setgħu jiġu impenjati fl-2014 u lanqas jiġu trasferiti għall-2015; |
D. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipprevedi trasferiment tal-akbar sehem ta' dawk l-allokazzjonijiet għall-baġit 2015 bi trasferimenti iżgħar li għandhom jiġu integrati fl-abbozzi ta' baġit għas-snin 2016 u 2017; |
E. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipproponi żieda ta' EUR 16 476,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2015 għad-diversi fondi taħt ġestjoni kondiviża taħt is-subintestatura 1b, l-intestatura 2 u l-intestatura 3; |
F. |
billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015 jipproponi wkoll żieda ta' EUR 2,5 miljun għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) skont l-intestatura 4, biex jinżamm it-trattement simili bejn il-kontribuzzjonijiet mill-intestatura 4 u l-subintestatura 1b għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC); |
1. |
Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru; |
2. |
Ifakkar li tali reviżjoni tar-Regolament QFP hija proċedura standard fil-bidu ta' kull perjodu tal-QFP u li l-abbozz ta' baġit emendatorju korrispondenti jeħtieġlu jiġi allinjat ma' din ir-reviżjoni; |
3. |
Ifakkar li huwa ferm importanti għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomiji fl-Istati Membri kollha li l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx għas-sena 2014 jistgħu jiġu trasferiti għas-snin sussegwenti sabiex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir; |
4. |
Jilqa' l-fatt li l-approprjazzjonijiet li ma ntużawx għas-sena 2014 kienu trasferiti, sal-grad massimu possibbli, għas-sena finanzjarja 2015, peress li dan se jevita trattament inġust ta' ċerti Stati Membri, reġjuni u programmi operattivi, iħaffef l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-politika ta' koeżjoni u jgħin jevita l-konċentrazzjoni ta' pagamenti fi tmiem il-perjodu tal-QFP; |
5. |
Jinsab madankollu mħasseb dwar l-impatt fit-tul li dan il-posponiment ta' sena se jkollu fuq is-sitwazzjoni globali tal-pagamenti; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib u tagħmel ħilitha kollha biex tevita l-effett ta' valanga ta' kontijiet mhux imħallsa billi tippreżenta proposti adegwati biex taġġusta l-livelli annwali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament jekk ikun hemm bżonn, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament QFP; |
6. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-deċiżjoni li l-parti l-kbira tal-approprjazzjonijiet li ma ntużawx mill-2014 tiġi trasferita għall-2015 tista' teħtieġ approċċ flessibbli mill-Kummissjoni sabiex tindirizza diffikultajiet possibbli li jirriżultaw minn profil finanzjarju żbilanċjat, li jista' jwassal għal impenji mhux użati fil-perjodu 2014-2020; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi miżuri adegwati, f'każ li din is-sitwazzjoni tinqala', abbażi ta' esperjenza simili fil-passat li qieset l-approvazzjoni tard ta' programmi; |
7. |
Jissottolinja l-ħtieġa li jintlaħaq ftehim fil-waqt dwar dan l-abbozz ta' baġit emendatorju sabiex jippermetti adozzjoni rapida tal-programmi kollha konċernati; |
8. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2015; |
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2015 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
10. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat għar-Reġjuni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(4) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(5) ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.