Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0099

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD))

ĠU C 346, 21.9.2016, p. 114–114 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/114


P8_TA(2015)0099

Tnedija tal-użu tas-sistema eCall immuntata fil-vettura ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-iżvilupp tas-sistema eCall immuntata fil-vetturi bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (05130/3/2015 – C8-0063/2015 – 2013/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05130/3/2015 – C8-0063/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0316),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0053/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.

(2)  Testi Adottati tas-26.2.2014, P7_TA(2014)0154.


Top