Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0100

P8_TA(2015)0100 Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD)) P8_TC2-COD(2012)0288 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

ĠU C 346, 21.9.2016, p. 115–115 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/115


P8_TA(2015)0100

Id-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u d-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (10710/2/2014 – C8-0004/2015 – 2012/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 346/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari(10710/2/2014 – C8-0004/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ April 2013 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0595),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-1 ta' April 2015, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(8)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0025/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 198, 10.7.2013, p. 56.

(2)  Testi adottati tal-11 ta' Settembru 2013, P7_TA(2013)0357.


P8_TC2-COD(2012)0288

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-28 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, id-Direttiva (UE) 2015/1513.)


Top