This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015AP0101
European Parliament legislative resolution of 28 April 2015 on the Council position at first reading with a view to the adoption of a directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 94/62/EC as regards reducing the consumption of lightweight plastic carrier bags (05094/1/2015 — C8-0064/2015 — 2013/0371(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 – C8-0064/2015 – 2013/0371(COD))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 – C8-0064/2015 – 2013/0371(COD))
ĠU C 346, 21.9.2016, pp. 116–117
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/116 |
P8_TA(2015)0101
It-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bl-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (05094/1/2015 – C8-0064/2015 – 2013/0371(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
(2016/C 346/24)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05094/1/2015 – C8-0064/2015), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2014 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0761), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0130/2015), |
1. |
Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari; |
2. |
Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
3. |
Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu tlestew b'mod debitu, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 214, 8.7.2014, p. 40.
(2) ĠU C 174, 7.6.2014, p. 43.
(3) Testi adottati tas-16.4.2014, P7_TA(2014)0417.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-ftehim li jemenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.
Kif iddikjarat il-Kummissjoni fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha, il-proposta oriġinali tagħha kellha l-għan li “tillimita l-impatti negattivi fuq l-ambjent, b'mod partikolari f'termini ta' skart, biex tħeġġeġ il-prevenzjoni tal-iskart u użu iktar effiċjenti tar-riżorsi, filwaqt li jiġu limitati l-impatti soċjoekonomiċi. B'mod iktar speċifiku, il-proposta timmira li tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ta' ħxuna ta' inqas minn 50 microns (0,05 millimetri) fl-Unjoni Ewropea.”
Il-Parlament Ewropew iqis li t-test miftiehem mill-koleġiżlaturi huwa għalkollox konformi mal-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni.
Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha l-Kummissjoni kkonkludiet li “l-għażla li tikkombina mira ta' prevenzjoni fl-UE kollha ma' rakkomandazzjoni espliċita biex tintuża miżura ta' prezzar u l-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw restrizzjonijiet tas-suq b'deroga mill-Artikolu 18 […] għandha l-ogħla potenzjal li twassal għal riżultati ambjentali ambizzjużi, filwaqt li jinkisbu impatti ekonomiċi pożittivi, jiġu limitati l-effetti negattivi fuq l-impjieg, tiġi żgurata l-aċċettazzjoni pubblika, u jingħata kontribut għal sensibilizzazzjoni akbar dwar il-konsum sostenibbli”.
Il-Parlament Ewropew iqis li t-test finali kif miftiehem huwa bbażat fuq l-għażla preferuta identifikata fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni stess, u jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa għall-Istati Membri biex jiżguraw tnaqqis effettiv tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni kollha.
Il-Parlament Ewropew ifakkar, barra minn hekk, li skont il-paragrafu 30 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tal-2003, huwa fid-diskrezzjoni tal-koleġiżlaturi li jiddeċiedu jekk għandhiex titwettaq valutazzjoni tal-impatt qabel l-adozzjoni ta' xi emenda sostantiva.
Il-Parlament Ewropew ifakkar li skont l-Artikolu 13(2) tat-TUE “l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.” Il-Parlament japprezza l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi n-negozjati interistituzzjonali. Madankollu, jiddeplora l-fatt li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tindirizza kwistjonijiet li diġà ġew indirizzati b'mod adegwat matul il-proċedura leġiżlattiva.
Fl-aħħar nett, il-Parlament ifakkar li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, hija kompletament responsabbli għall-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni mill-Istati Membri.