Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0114

P8_TA(2015)0114 Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0443 – C8-0087/2014 – 2014/0206(COD)) P8_TC1-COD(2014)0206 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bożinja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożinja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

ĠU C 346, 21.9.2016, p. 148–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/148


P8_TA(2015)0114

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-Bożnija-Ħerzegovina***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0443 – C8-0087/2014 – 2014/0206(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 346/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0443),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0087/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0017/2015),

A.

billi, fil-fehma tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sostanza tagħhom;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0206

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' April 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bożinja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożinja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/940.)


Top