Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XG1222(03)

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ĠU C 441, 22.12.2017, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 441/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (nru 3), is-Sur Viktor Alekseevich OZEROV (nru 9), is-Sur Aleksandr Borisovich TOTOONOV (nru 14), is-Sur Valery Vladimirovich KULIKOV (nru 28), is-Sur Valery Kirillovich MEDVEDEV (nru 31), is-Sinjura Elena Borisovna MIZULINA (nru 33), is-Sur Vladimir Nikolaevich PLIGIN (nru 51), is-Sur Oleg Grigorievich KOZYURA (nru 53), is-Sur Aleksandr Sergeevich MALYKHIN (nru 59), is-Sur Marat Faatovich BASHIROV (nru 66), is-Sur Igor PLOTNITSKY (nru 70), is-Sur Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (nru 77), is-Sur Fyodor Dmitrievich BEREZIN (nru 84), is-Sur Boris Alekseevich LITVINOV (nru 90), is-Sur Aleksandr Akimovich KARAMAN (nru 103), Mr Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (nru 108), is-Sur Vladimir Stepanovich NIKITIN (nru 111), is-Sur Oleg Vladimirovich LEBEDEV (nru 112), is-Sur Alexander Mikhailovich BABAKOV (nru 119), is-Sur Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO (nru 123), is-Sur Ravil Zakarievich KHALIKOV (nru 125), is-Sur Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV (nru 126), is-Sur Sergey Yurevich IGNATOV (nru 140) is-Sinjura Olga Igoreva BESEDINA (nru 145), is-Sur Zaur Raufovich ISMAILOV (nru 146), is-Sur Anatoly Ivanovich ANTONOV (nru 147), is-Sur Konstantin Mikhailovich BAKHAREV (nru 153), is-Sur Dmitry Anatolievich BELIK (nru 154) u l-impjant tal-inbid effervexxenti tal-Kumpannija b’ishma konġunti “Novy Svet” (entità elenkata taħt in-nru 20), li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan informati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel il-5 ta’ Jannar 2018, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: [email protected]

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jaslu. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-25 ta’ Jannar 2018.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


Top