Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0776

2007/776/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5693)

ĠU L 312, 30.11.2007, pp. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/09/2012; Imħassar b' 32008L0090

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/776/oj

30.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE biex testendi d-deroga dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5693)

(2007/776/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija obbligata skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/34/KEE tiddeċiedi jekk il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti f’pajjiż terz u li joffru l-istess garanziji rigward l-obbligi dwar il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, il-pakkettjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, il-marka u s-siġill, humiex ekwivalenti f’dawn ir-rigwardi kollha għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti fil-Komunità u li jħarsu l-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(2)

Minkejja dan, l-informazzjoni disponibbli attwalment dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f’pajjiżi terzi għadha mhix biżżejjed biex tħalli lill-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz f’dan l-istadju.

(3)

Sabiex ikun hemm inibizzjoni li jitħarbtu xejriet kummerċjali, l-Istati Membri li jimportaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għal prodotti simili tal-Komunità skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-deroga stipulat fid-Direttiva 92/34/KEE għal importazzjonijiet bħal dawn għandu għalhekk jiġi estiż għal wara l-31 ta’ Diċembru 2007.

(4)

Id-Direttiva 92/34/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Materjal tal-Propagazzjoni u l-Ġeneri u l-Ispeċji tal-Pjanti tal-Frott,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/34/KEE, id-data “31 ta’ Diċembru 2007” tinbidel b’ “31 ta’ Diċembru 2010”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/54/KE (ĠU L 22, 26.1.2005, p. 16).


Top