This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0490
Political and Security Committee Decision EUSEC/2/2008 of 24 June 2008 on the appointment of the Head of Mission for the European Union mission to provide advice and assistance for security sector reform in the Democratic Republic of the Congo (EUSEC RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/2/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUSEC/2/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
ĠU L 168, 28.6.2008, pp. 41–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/490/oj
28.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUSEC/2/2008
ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008
dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
(2008/490/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/406/PESK tat-12 ta' Ġunju 2007 dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Marzu 2008 Michel SIDO nħatar Kap tal-Missjoni għall-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“EUSEC RD Congo”). |
(2) |
Fit-23 ta' Ġunju 2008, Michel SIDO ppreżenta r-riżenja tiegħu minn Kap tal-Missjoni. |
(3) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ippropona l-ħatra ta' Jean-Paul MICHEL bħala Kap tal-Missjoni ġdid għall-EUSEC RD Congo, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Jean-Paul MICHEL huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni għall-EUSEC RD Congo.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fl-1 ta’ Lulju 2008.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
M. IPAVIC
(1) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.