This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008E0491
Council Joint Action 2008/491/CFSP of 26 June 2008 amending and extending Council Joint Action 2007/406/CFSP on the European Union mission to provide advice and assistance for security sector reform in the Democratic Republic of the Congo (EUSEC RD Congo)
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/491/PESK tas- 26 ta' Ġunju 2008 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD CONGO)
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/491/PESK tas- 26 ta' Ġunju 2008 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD CONGO)
ĠU L 168, 28.6.2008, pp. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009
ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/491/oj
28.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 168/42 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/491/PESK
tas-26 ta' Ġunju 2008
li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza ta' l-Unjoni Ewropea għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD CONGO)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Unjoni Ewropea sa mit-2 ta' Mejju 2005 wettqet missjoni ta' konsulenza u assistenza għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) (EUSEC RD Congo). Il-mandat attwali tal-missjoni huwa speċifikat fl-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK (1) u jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2008. |
(2) |
Il-mandat tal-missjoni għandu jiġi estiż għal perijodu ta' 12-il xahar li jibda mill-1 ta' Lulju 2008. |
(3) |
L-appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet Kongoliżi fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-RDK issa għandu jiġi dirett ukoll lejn it-tfassil ta' arranġamenti għall-organizzazzjoni tal-Forza ta' Reazzjoni Rapida futura kif speċifikata mill-gvern tar-RDK bħala parti mill-pjan ta' direzzjoni ġenerali għar-riforma ta' l-armata. Il-funzjoni tar-“riżorsi umani” għandha tiġi enfasizzata b'mod partikolari. |
(4) |
Id-dikjarazzjonijiet ta' impenn iffirmati f'Goma fit-23 ta' Jannar 2008 bejn il-Gvern tar-RDK u l-gruppi armati li joperaw fil-Kivu, bdew proċess ta' paċifikazzjoni tal-Kivu. Dan il-proċess jibbenefika mill-appoġġ tal-komunità internazzjonali inkluża l-Unjoni Ewropea permezz tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-UE (RSUE) għar-reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani. Il-missjoni EUSEC RD Congo għandha tikkontribwixxi għall-isforzi magħmula mir-RSUE fil-ħidma li qed titwettaq biex jiġu implimentati d-dikjarazzjonijiet ta' impenn għall-Kivu. |
(5) |
Għandu jiġi previst ammont finanzjarju ta' referenza ġdid sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għal perijodu ta' bejn l-1 ta' Lulju 2008 u t-30 ta' Ġunju 2009. |
(6) |
Is-sitwazzjoni attwali f'materja ta' sigurta' fir-RDK tista' tiddeġenera, u b'hekk tipproduċi konsegwenzi potenzjalment serji għall-proċess tat-tisħiħ tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt, u s-sigurta' f'livell internazzjonali u reġjonali. Impenn kontinwu ta’ l-UE f’dak li hu sforz politiku u riżorsi jgħin sabiex tiġi msaħħa l-istabbiltà fir-reġjun. |
(7) |
L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2007/406/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 2, il-punti (a) sa (e) għandhom jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:
|
2) |
Fl-Artikolu 3(a), it-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
3) |
Fl-Artikolu 3(c), it-tieni inċiż, il-kliem “grupp mobbli” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “gruppi mobbli”; |
4) |
L-Artikolu 5(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
5) |
L-Artikolu 9(1), il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2007 sat-30 ta' Ġunju 2008 għandu jkun ta' EUR 9 700 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2008 sat-30 ta' Ġunju 2009 għandu jkun ta' EUR 8 450 000.”. |
6) |
L-Artikolu 15 għandu jitħassar. |
7) |
Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “Għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2009.”. |
Artikolu 2
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008.
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. RUPEL
(1) ĠU L 151, 13.6.2007, p. 52.