This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0548
Commission Regulation (EU) No 548/2012 of 25 June 2012 initiating an investigation concerning the possible circumvention of anti-dumping measures imposed by Council Regulation (EC) No 1458/2007 on imports of gas-fuelled, non-refillable pocket flint lighters originating in the People’s Republic of China by imports of gas-fuelled, non-refillable pocket flint lighters consigned from Vietnam, whether declared as originating in Vietnam or not, and making such imports subject to registration
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2012 tal- 25 ta’ Ġunju 2012 li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li huma konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2012 tal- 25 ta’ Ġunju 2012 li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li huma konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni
ĠU L 165, 26.6.2012, pp. 37–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/548/oj
26.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 548/2012
tal-25 ta’ Ġunju 2012
li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta' importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li huma konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 13(3) u 14(5) tiegħu,
Wara li, b'konformità mal-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, ikkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IT-TALBA
(1) |
Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u biex l-importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fil-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, tagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
(2) |
It-talba saret fis-17 ta' April 2012 minn Société BIC, produttur tal-Unjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew. |
B. IL-PRODOTT
(3) |
Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni huwa lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 9613 10 00 u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
(4) |
Il-prodott li qed jiġi investigat huwa l-istess bħal dak definit fil-premessa preċedenti, iżda kkonsenjat mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Vjetnam u sew jekk le, u li bħalissa jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat (“il-prodott li qed jiġi investigat”). |
C. IL-MIŻURI EŻISTENTI
(5) |
Il-miżuri fis-seħħ bħalissa u li possibbilment qed jiġu evitati huma l-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007 (2). |
(6) |
Investigazzjoni ta' ċirkomvenzjoni fuq l-importazzjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew u ta' lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, saret ukoll fl-1998-1999 u din wasslet biex id-dazju jiġi estiż għall-importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' ċerti lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew u li mhumiex riutilizzabbli, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jew huma kkonsenjati minn jew joriġinaw fit-Tajwan, u għall-importazzjonijiet ta' lighters li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li huma kkonsenjati minn jew joriġinaw fit-Tajwan (3). |
D. IR-RAĠUNIJIET
(7) |
It-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed jiġu evitati permezz ta' operazzjonijiet tal-immuntar fil-Vjetnam. |
(8) |
L-evidenza prima facie mressqa hija din: |
(9) |
It-talba turi li wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq il-prodott ikkonċernat, kien hemm bidla sinifikanti fil-mod kif isir il-kummerċ li jinvolvi l-esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-Vjetnam lejn l-Unjoni, u din il-bidla m'għandhiex raġuni jew ġustifikazzjoni b'saħħitha biżżejjed, għajr dik tal-impożizzjoni tad-dazju. |
(10) |
Din il-bidla jidher li ġejja minn operazzjonijiet tal-immuntar fil-Vjetnam ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew. |
(11) |
Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri anti-dumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiddgħajfu kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti. |
(12) |
Fl-aħħar nett, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott li qed jiġi investigat huma oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel għall-prodott ikkonċernat. |
(13) |
Jekk il-prattiki ta' ċirkomvenzjoni mill-Vjetnam koperti mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr l-operazzjonijiet tal-immuntar, ikunu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri wkoll dawn il-prattiki. |
E. IL-PROĊEDURA
(14) |
Fid-dawl ta' dan kollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u biex l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat, sew jekk iddikjarat li joriġina fil-Vjetnam u sew jekk le, tagħmilhom soġġetti għar-reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. |
(a) Il-kwestjonarji
(15) |
Biex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/produtturi fil-Vjetnam, lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-importaturi fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Vjetnam. Kif xieraq, l-informazzjoni tista' tintalab ukoll mingħand l-industrija tal-Unjoni. |
(16) |
F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha. |
(17) |
L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u tal-Vjetnam se jiġu mgħarrfa dwar il-bidu ta' investigazzjoni. |
(b) Il-ġbir ta' informazzjoni u s-seduti ta' smigħ
(18) |
Il-partijiet kollha interessati huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jagħtu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, sakemm dawn jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu. |
(c) Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri
(19) |
B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma jkunx fiha ċirkomvenzjoni. |
(20) |
Billi l-possibbiltà ta' ċirkomvenzjoni qed isseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, għal produtturi fil-Vjetnam ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li jistgħu juru li mhumiex relatati (4) ma' kwalunkwe prodottur soġġett għall-miżuri (5) u li nstabu li mhumiex involuti fi prattiki ta' ċirkomvenzjoni kif definiti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Il-produtturi li jixtiequ jiksbu eżenzjoni għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fil-limitu taż-żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament. |
F. IR-REĠISTRAZZJONI
(21) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tirriżulta f'sejbiet ta' ċirkomvenzjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji tal-anti-dumping mid-data meta tiġi imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn ikkonsenjati mil-Vjetnam. |
G. IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN
(22) |
Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti taż-żmien li matulhom:
|
(23) |
Qed tinġibed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependi mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. |
H. NUQQAS TA' KOPERAZZJONI
(24) |
F'każijiet li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru sejbiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli. |
(25) |
Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, dik l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli. |
(26) |
Jekk parti interessata ma tikkoperax jew tikkopera biss parzjalment u għalhekk is-sejbiet ikunu ibbażati fuq il-fatti disponibbli b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku din kienet ikkoperat. |
I. L-ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI
(27) |
L-investigazzjoni se tiġi konkluża, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
J. L-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI
(28) |
Ta' min jinnota li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (6). |
K. L-UFFIĊJAL TAS-SEDUTA
(29) |
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi t-talbiet għall-aċċess tal-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b'mod sħiħ. |
(30) |
It-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti opportunitajiet ukoll biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji. |
(31) |
Għal aktar informazzjoni u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/hearing-officer/index_en.htm. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Permezz ta' dan qed tinbeda investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex ikun iddeterminat jekk l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9613 10 00 (kodiċi TARIC 9613 10 00 12, qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007.
Artikolu 2
L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, għandhom jieħdu l-passi xierqa ħalli jirreġistraw l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.
Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni, permezz ta' regolament, tista' titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkunu nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' eżenzjoni.
Artikolu 3
1. Il-kwestjonarji għandhom jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-partijiet interessati, jekk ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom iridu jitqiesu waqt l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu l-kwestjonarju mimli jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
3. Il-produtturi fil-Vjetnam li jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri għandhom iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.
4. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jistemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.
5. Il-partijiet interessati jeħtieġ li jagħmlu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha f'format elettroniku (is-sottomissjonijiet li mhumiex kunfidenzjali permezz tal-posta elettronika, dawk kunfidenzjali fuq CD-R/DVD), u jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tagħhom. Madankollu, kull Prokura, kull ċertifikazzjoni ffirmata, u kull aġġornament tagħhom, li jakkumpanjaw il-kwestjonarju mimli għandhom jitressqu fuq karta, jiġifieri bil-posta jew bl-idejn, fl-indirizz ta' hawn taħt. Jekk xi parti interessata ma tkunx tista' tagħti s-sottomissjonijiet u t-talbiet tagħha f'format elettroniku, din għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku. Għal aktar tagħrif dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġna rilevanti fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/tackling-unfair-trade/trade-defence.
Kull sottomissjoni bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarju mimli u l-korrispondenza mogħtija mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali trid tkun immarkata “Ristrett” (7) u, skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, għandha tkun akkumpanjata minn verżjoni mhux kunfidenzjali li trid tkun immarkata “Għal spezzjoni mill-partijiet interessati”.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate H |
Office: N105 4/92 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Il-faks: +32 2 29 93988 |
L-indirizz elettroniku: [email protected] |
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU L 326, 12.12.2007, p. 1.
(4) B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 rigward l-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, il-persuni għandhom jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu l-impjegatur u l-impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew tal-kwoti tal-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma, huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien jikkontrollaw direttament jew indirettament terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom ir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess żewġ ġenituri jew aħwa minn genitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri jew ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1). F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.
(5) Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif jissemma hawn fuq ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri anti-dumping oriġinali), xorta waħda tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetta għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew intużat biex ikun hemm ċirkomvenzjoni tal-miżuri oriġinali.
(7) Dokument “ Ristrett ” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Anti-dumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).