Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0332

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/332/PESK tal- 25 ta’ Ġunju 2012 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

ĠU L 165, 26.6.2012, p. 71–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/332/oj

26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/71


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/332/PESK

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 28, 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1).

(2)

Fid-19 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/857/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li testendiha sat-30 ta’ Ġunju 2012.

(3)

Fl-4 ta’ Mejju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda estensjoni tal-missjoni EU BAM Rafah għal 12-il xahar.

(4)

Il-missjoni EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 abbażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

(6)

L-EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-Artikolu 13(1):

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni EU BAM Rafah għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013 għandu jkun ta’ EUR 980 000.”.

(2)

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)   ĠU L 338, 21.12.2011, p. 52.


Top