Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0933

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/933 tas-17 ta' Ġunju 2015 li jiffissal-koeffiċjent(i) ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-5 sat-12 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

ĠU L 151, 18.6.2015, pp. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/933/oj

18.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/933

tas-17 ta' Ġunju 2015

li jiffissal-koeffiċjent(i) ta' allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet li għalihom japplikaw il-liċenzji ta' importazzjoni ppreżentati mill-5 sat-12 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 (2) fetaħ kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina.

(2)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 ffissa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, il-kwantità tal-kwota bin-numru tal-ordni 09.4306 għal 950 000 tunnellata.

(3)

Il-kwantitajiet li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni introdotti mill-5 ta' Ġunju, mis-13:00 sat-12 ta' Ġunju 2015 sas-13:00, ħin ta' Brussel, għall-kwota/i li għandhom in-numru tal-ordni 09.4306, huma superjuri għall-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi(u) stabbilit(i) il-koeffiċjent(i) tal-allokazzjoni li għandu/hom jiġi/u applikat(i) għall-kwantitajiet mitluba taħt il-kwota/i kkonċernata/i, ikkalkulati skont l-Artikolu 7(2), tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tal-Kummissjoni (3).

(4)

M'għandhomx jinħarġu aktar liċenzji għall-importazzjoni għall-kwota(i) tariffarja(i) li għandhom in-numru tal-ordni 09.4306, prevista[i] fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014 għall-perjodu tal-kwota attwali.

(5)

Sabiex ikun hemm garanzija li l-miżura hija effiċjenti, jeħtieġ li r-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet li għalihom japplikaw l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni relevanti tal-kwota[i] li għandha[hom] in-numru tal-ordni 09.4306 u li huma elenkati fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, introdotti mill-5 ta' Ġunju, mis-13:00 sat-12 ta' Ġunju 2015 sas-13:00, 1 sat-2 ta' Jannar 2015, fis-13:00, ħin ta' Brussell, għandu jkollhom koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 39,550366 % għall-applikazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-kwota tariffarja li għandha numru tal-ordni 09.4306.

2.   Il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji, fil-kuntest tal-kwota/i li għandhom in-numru tal-ordni 09.4306, imsemmija fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 416/2014, hija sospiża mit-12 ta' Ġunju 2015, fis-13.00, ħin ta' Brussell, għall-perjodu tal-kwota attwali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2014 tat-23 ta' April 2014 li jiftaħ u jipprevedi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji tal-importazzjoni għal xi ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 121, 24.4.2014, p. 53).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


Top