This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0909
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/909 of 1 March 2016 supplementing Regulation (EU) No 596/2014 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for the content of notifications to be submitted to competent authorities and the compilation, publication and maintenance of the list of notifications (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/909 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut tan-notifiki li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti u l-kumpilazzjoni, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista ta' notifiki (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/909 tal-1 ta' Marzu 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut tan-notifiki li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti u l-kumpilazzjoni, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista ta' notifiki (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/1224
ĠU L 153, 10.6.2016, pp. 13–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/909/oj
10.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/13 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/909
tal-1 ta' Marzu 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut tan-notifiki li għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti u l-kumpilazzjoni, il-pubblikazzjoni u ż-żamma tal-lista ta' notifiki
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-Il-Ġimgħa, 16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżiġi sottomissjonijiet kontinwi ta' dejta ta' referenza ta' identifikazzjoni għal strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar. B'kuntrast ma' dan, l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jirrekjedi li ċ-ċentri tan-negozjar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti darba biss bid-dettalji tal-istrumenti finanzjarji li jkunu suġġett ta' talba għall-ammissjoni għan-negozjar, ammessi għan-negozjar jew innegozjati, u darba wara li strument finanzjarju ma jibqax jiġi negozjat jew ma jibqax ammess għan-negozjar. Suġġett għad-differenza msemmija fl-obbligi ta' rappurtat skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 u r-Regolament Delegat imsemmi qabel, l-obbligi ta' rappurtar skont dan ir-Regolament għandhom jiġu allinjati mal-obbligi ta' rappurtar taħt ir-Regolament Delegat imsemmi hawn fuq sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq entitajiet soġġetti għal tali obbligi. |
(2) |
Sabiex jista' jkun hemm l-użu effettiv u effiċjenti tal-lista ta' notifiki ta' strumenti finanzjarji, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jipprovdu notifiki sħaħ u preċiżi ta' strumenti finanzjarji. Għall-istess raġunijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw u jevalwaw in-notifiki tal-istrumenti finanzjarji li jirċievu miċ-ċentri tan-negozjar għall-kompletezza u l-preċiżjoni u jinfurmawhom minnufih b'kull nuqqas ta' kompletezza jew nuqqas ta' preċiżjoni li jiġi identifikat. Bl-istess mod, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tissorvelja u tevalwa l-kompletezza u l-preċiżjoni ta' notifiki li jkunu waslulha mingħand l-awtoritajiet kompetenti u tinformahom minnufih b'kull nuqqas ta' kompletezza jew nuqqas ta' preċiżjoni li jiġu identifikati. |
(3) |
Il-lista ta' notifiki ta' strumenti finanzjarji għandha tiġi ppubblikata mill-ESMA f'format elettroniku, u li jinqara mill-magni, u li jista' jitniżżel mill-Internet sabiex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti u l-iskambju tad-dejta. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-ESMA lill-Kummissjoni. L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(5) |
Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir- Regolament (UE) Nru 596/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
In-notifiki tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 4(1) tar- Regolament (UE) Nru 596/2014 għandhom jinkludu d-dettalji kollha li ssir referenza għalihom fit-Tabella 2 tal-Anness għal dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-istrumenti finanzjarji kkonċernati.
Artikolu 2
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorlvejaw u jevalwaw, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati, jekk in-notifiki li jirċievu skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ikunux konformi mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/378 (4).
2. L-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikunu infurmati mingħajr dewmien bl-użu ta' proċessi awtomatizzati b'kull nuqqas fin-notifiki li jidħlu u b'kull nuqqas ta' preżentazzjoni tan-notifiki qabel għeluq l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/378.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati, jibgħat notifiki kompluti u preċiżi tal-istrumenti finanzjarji lill-ESMA f'konformità mal-Artikolu 1.
Fil-jum wara li jkunu daħlu n-notifiki tal-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-ESMA għandha, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati, tikkonsolida n-notifiki riċevuti minn kull awtorità kompetenti.
4. L-ESMA għandha, permezz tal-użu ta' proċessi awtomatizzati, tissorvelja u tevalwa jekk in-notifiki riċevuti mill-awtoritajiet kompetenti ikunux kompluti u preċiżi u jekk humiex konformi mal-istandards u formati applikabbli kif speċifikat fit-Tabella 3 tal-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/378.
5. L-ESMA għandha, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati, mingħajr dewmien tinforma lill-awtoritajiet kompetenti b'kull nuqqas ta' kompletezza fin-notifiki trasmessi u b'kull nuqqas ta' preżentazzjoni tan-notifiki qabel għeluq l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/378.
6. L-ESMA għandha, bl-użu ta' proċessi awtomatizzati, tippubblika l-lista sħiħa ta' notifiki f'forma elettronika, li tista' titniżżel mill-Internet, u li tista' tinqara mill-magni, fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mit-3 ta' Lulju 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/378 tal-11 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-iskadenzi, il-format u l-mudell tal-preżentazzjoni tan-notifiki lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 72, 17.3.2016, p. 1).
ANNESS
Notifiki ta' strumenti finanzjarji li ssir skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014
Tabella 1
Klassifikazzjoni ta' derivattivi ta' kwoti ta' emissjoni u ta' komoditajiet għat-Tabela 2 (oqsma 35-37)
Prodott bażi |
Sub prodott |
Sub prodott ulterjuri |
“AGRI” — Agrikulturali |
“GROS” — Qmuħ u żrieragħ li jagħti ż-żejt |
“FWHT” — Qamħ għall-għalf “SOYB” — Fażola tas-sojja “CORN” — Qamħirrun “RPSD” — Żerriegħa tal-kolza “RICE” — Ross “OTHR” — Oħrajn |
“SOFT” — Qamħ artab |
“CCOA” — Kakaw “ROBU” — Kafè tat-tip Robusta “WHSG” — Zokkor abjad “BRWN” — Zokkor nej “OTHR” — Oħrajn |
|
“POTA” — Patata |
|
|
“OOLI” — Żejt taż-żebbuġa |
“LAMP” — Żejt taż-żebbuġa lampante |
|
“DIRY” — Tal-ħalib |
|
|
“FRST” — Forestrija |
|
|
“SEAF” — Frott tal-baħar |
|
|
“LSTK” —Annimali ħajjin |
|
|
“GRIN” — Żrieragħ |
“MWHT” — Qamħ għad-dħin |
|
“NRGY” — Enerġija |
“ELEC” — elettriku |
“BSLD” — Piż bażi “FITR” — Drittijiet ta' trażmissjoni finanzjarja “PKLD” — Tagħbija fil-qaċċata “OFFP” — Ħinijiet mhux fil-quċċata tat-tagħbija “OTHR” — Oħrajn |
“NGAS” — Gass naturali |
“GASP” — GASPOOL “LNGG” — LNG “NBPG” — NBP “NCGG” — NCG “TTFG” — TTF |
|
“OILP” -Żejt |
“BAKK” — Bakken “BDSL” — Bijodiżil “BRNT” — Brent “BRNX” — Brent NX “CNDA” — Kanadiż “COND” — Kondensat “DSEL” — Diżil “DUBA” — Dubaj “ESPO” — ESPO “ETHA” — Etanol “FUEL” — Karburant “FOIL” — Żejt kombustibbli “GOIL” — Żejt tal-gass “GSLN” — Petrol (Gasoline) “HEAT” — Żejt għat-tisħin “JTFL” — Karburant tal-ajruplani “KERO” — Pitrolju “LLSO” — Light Louisiana Sweet (LLS) “MARS” — Mars “NAPH” — Nafta “NGLO” — NGL “TAPI” — Tapis “URAL” — Urali “WTIO” — WTI |
|
“COAL” — Faħam “INRG” -Inter Energy “RNNG” — Enerġija li tiġġedded “LGHT” — Benzina ħafifa “DIST” — Distillaturi |
|
|
“ENVR” -Ambjentali |
“EMIS” — Emissjonijiet |
“CERE” — CER “ERUE” — ERU “EUAE” — EUA “EUAA” — EUAA “OTHR” — Oħrajn |
“WTHR” — Temp “CRBR” — Relatat mal-kabonju |
|
|
“FRGT” –“Merkanzija” |
“WETF” — Imxarrab |
“TNKR” — Tankers |
“DRYF” — Niexef |
“DBCR” — Vapuri ta' merkanzija goffa solida |
|
“CSHP” — Vapuri tal-merkanzija |
|
|
“FRTL” –“Fertilizzant” |
“AMMO” — Ammonja “DAPH” — DAP (Fosfat tad-djammonju) “PTSH” — Potassa “SLPH” -Kubrit “UREA” -Urea “UAAN” — UAN (urea u nitrat tal-ammonju) |
|
“INDP” — Prodotti industrijali |
“CSTR” — Kostruzzjoni “MFTG” — Manifattura |
|
“METL” — Metalli |
“NPRM” — Mhux prezzjużi |
“ALUM” — Aluminju “ALUA” — Liega tal-aluminju “CBLT” — Kobalt “COPR” — Ramm “IRON” — Minerali tal-ħadid “LEAD” — Ċomb “MOLY” — Molibdenu “NASC” — NASAAC “NICK” — Nikil “STEL” — Azzar “TINN” — Landa “ZINC” — Zingu “OTHR” — Oħrajn |
“PRME” — Prezzjużi |
“GOLD” — Deheb “SLVR” — Fidda “PTNM” — Platinu “PLDM” — Palladju “OTHR” — Oħrajn |
|
“MCEX” — Multi Commodity Exotic |
|
|
“PAPR” — Karta |
“CBRD” — Container board “NSPT” — Karta tal-gazzetti “PULP” — Polpa “RCVP” — Karta rkuprata |
|
“POLY” — Polipropilen |
“PLST” — Plastik |
|
“INFL” — Inflazzjoni |
|
|
“OEST” — Statistika ekonomika uffiċjali |
|
|
“OTHC” C10 oħrajn kif definiti fit-Tabella 10.1 tat-Taqsima “Derivattivi oħra C 10” tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti ta' trasparenza għal ċentri tan-negozjar u ditti ta' investiment fir-rigward ta' bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati. |
“DLVR” — Eżigwibbli “NDLV” — Mhux eżigwibbli |
|
“OTHR” — Oħrajn |
|
|
Tabella 2
Kontenut tan-notifiki li jridu jiġu preżentati lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal- Artikolu 4(1) tar- Regolament (UE) Nru 596/2014
N. |
Qasam |
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati |
||||||||
Oqsma ġenerali |
||||||||||
1 |
Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-istrument |
Kodiċi użat għall-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju. |
||||||||
2 |
Isem sħiħ tal-istrument |
Isem sħiħ tal-istrument finanzjarju |
||||||||
3 |
Klassifikazzjoni tal-istrument |
Tassonomija użata għall-klassfikazzjoni tal-istrument finanzjarju. Għandu jingħata Kodiċi tal-Klassifikazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarji (CFI) sħiħ u preċiż. |
||||||||
4 |
Indikatur tad-derivattivi tal-komoditajiet |
Indikazzjoni dwar jekk l-istrument finanzjarju jaqax taħt id-definizzjoni ta' derivattivi tal-komoditajiet skont l-Artikolu 2(1)(30) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. |
||||||||
Oqsma relatati mal-emittent |
||||||||||
5 |
Identifikatur tal-emittent jew l-operatur taċ-ċentru tan-negozjar |
LEI tal-emittent jew tal-operatur taċ-ċentru tan-negozjar. |
||||||||
Oqsma relatati maċ-ċentru |
||||||||||
6 |
Ċentru tan-negozjar |
Segment MIC għaċ-ċentru tan-negozjar jew internalizzatur sistematiku, fejn disponibbli, inkella MIC operattiv. |
||||||||
7 |
Isem fil-qosor tal-istrument finanzjarju |
Isem fil-qosor tal-istrument finanzjarju skont ISO 18774. |
||||||||
8 |
Talba għal ammissjoni għan-negozjar mill-emittent |
Jekk l-emittent tal-istrument finanzjarju talabx jew approvax in-negozjar jew l-ammissjoni għan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom f'ċentru tan-negozjar. |
||||||||
9 |
Data tal-approvazzjoni tal-ammissjoni għan-negozjar |
Data u ħin li l-emittent ikun approva ammissjoni għan-negozjar jew negozjar tal-istrumenti finanzjarji tiegħu f'ċentru tan-negozjar. |
||||||||
10 |
Data tat-talba tal-ammissjoni għan-negozjar |
Data u ħin tat-talba għall-ammissjoni għan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar. |
||||||||
11 |
Data tal-ammissjoni għan-negozjar jew id-data tal-ewwel kummerċ |
Data u ħin tal-ammissjoni għan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar jew id-data u l-ħin meta l-istrument ġie nnegozjat l-ewwel darba jew meta l-ewwel ġiet riċevuta ordni jew kwotazzjoni miċ-ċentru tan-negozjar. |
||||||||
12 |
Data tat-terminazzjoni |
Data u ħin meta l-istrument finanzjarju ma jibqax jiġi negozjat jew ammess għan-negozjar fiċ-ċentru tan-negozjar. Fejn din id-data ma tkunx disponibbli, dan il-qasam ma għandux jimtela. |
||||||||
Oqsma relatati man-nozzjonali |
||||||||||
13 |
Munita nozzjonali 1 |
Munita li fiha huwa ddenominat in-nozzjonali. Fil-każ ta' kuntratt ta' rata ta' imgħax jew derivattiv tal-munita, din tkun il-munita nozzjonali tas-segment nru 1 jew il-munita 1 tal-par. Fil-każ ta' swaptions fejn is-swap sottostanti tkun b'munita waħda, din tkun il-munita nozzjonali tas-swap sottostanti. Għal swaptions fejn is-sottostanti ikun ta' diversi muniti, din tkun il-munita nozzjonali tal-parti 1 tas-swap. |
||||||||
Bonds jew forom oħra ta' oqsma relatati mad-dejn titolizzat |
||||||||||
14 |
Ammont nominali totali maħruġ |
Ammont nominali totali maħruġa totali f'valur monetarju. |
||||||||
15 |
Data tal-maturità |
Data ta' maturità tal-istrument finanzjarju rrappurtat. Qasam japplika għal strumenti tad-dejn b'maturità definita. |
||||||||
16 |
Munita ta' valur nominali |
Munita tal-valur nominali għal strumenti ta' dejn. |
||||||||
17 |
Valur nominali kull unità/valur minimu kkummerċjat |
Valur nominali ta' kull strument. Jekk mhux disponibbli, il-valur minimu kkummerċjat għandu jimtela. |
||||||||
18 |
Rata fissa |
Ir-rata fissa perċentwal tar-redditu fuq strument ta' dejn meta jinżamm sad-data tal-maturità, espressa bħala perċentwali. |
||||||||
19 |
Identifikatur tal-indiċi/referenza għal bonds b'rata varjabbli |
Fejn jeżisti identifikatur. |
||||||||
20 |
Isem tal-indiċi/referenza għal bonds b'rata varjabbli |
Fejn ma jeżisti l-ebda identifikatur, l-isem tal-indiċi. |
||||||||
21 |
Terminu tal-indiċi/referenza ta' bond b'rata varjabbli |
Terminu tal-indiċi/referenza ta' bond b'rata varjabbli It-terminu għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin. |
||||||||
22 |
Firxa tal-Punt Bażi tal-indiċi/tar-referenza ta' bond b'rata varjabbli |
Numru ta' punti bażi fuq jew taħt l-indiċi użati għall-kalkolu tal-prezz. |
||||||||
23 |
Anzjanità tal-Bond |
Identifika t-tip ta' bond: dejn superjuri, mezzanine, subordinat jew inferjuri. |
||||||||
Derivattivi u oqsma relatati mad-derivattivi titolizzati |
||||||||||
24 |
Data ta' skadenza |
Data tal-iskadenza tal-istrument finanzjarju Il-qasam japplika biss għal derivattivi b'data tal-iskadenza definita. |
||||||||
25 |
Multiplatur tal-prezzijiet |
Numru ta' unitajiet tal-istrument sottostanti rrappreżentati minn kuntratt ta' derivattiv wieħed. Għal futur jew opzjoni fuq indiċi, l-ammont għal kull punt ta' indiċi. Għal spreadbets il-moviment fil-prezz tal-istrument sottostanti li fuqu hija bbażata spreadbet. |
||||||||
26 |
Kodiċi tal-Istrument Sottostanti |
Kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti. Għal ADRs, GDRs u strumenti simili, il-kodiċi ISIN tal-istrument finanzjarju li fuqu jkunu bbażati dawk l-istrumenti. Għal bonds konvertibbli, il-kodiċi ISIN tal-istrument li fih jistgħu jiġu kkonfertiti l-bonds. Għal derivati jew strumenti oħra li jkollhom sottostanti, il-kodiċi ISIN tal-istrument sottostanti, meta s-sottostanti huwa ammess għan-negozjar jew negozjat f'ċentru tan-negozjar. Meta s-sottostanti huwa dividend tal-istokk, mela il-kodiċi tal-istrument kodiċi tas-sehem relatat li jintitola għad-dividenti sottostanti. Għal swaps ta' inadempjenza ta' kreditu, l-ISIN tal-obbligu ta' referenza għandhom jiġu pprovduti. F'każ li s-sottostanti ikun Indiċi u jkollu ISIN, il-kodiċi ISIN għal dak l-indiċi. Fejn is-sottostanti huwa basket, daħħal l-ISINs ta' kull kostitwent tal-basket li huma ammessi għan-negozjar jew huma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar. Għalhekk, l-oqsma 26 u 27 għandhom jiġu rrappurtati kemm il-darba jkun meħtieġ biex jiġu elenkati l-istrumenti kollha fil-basket. |
||||||||
27 |
Emittent sottostanti |
F'każ li l-istrument jirreferu għal emittent, aktar milli għal strument uniku, il-kodiċi LEI tal-emittent. |
||||||||
28 |
Isem l-indiċi sottostanti |
F'każ li s-sottostanti ikun Indiċi, l-isem tal-indiċi. |
||||||||
29 |
It-terminu tal-indiċi sottostanti |
F'każ li s-sottostanti ikun Indiċi, it-terminu tal-indiċi |
||||||||
30 |
Tip ta' opzjoni |
Indikazzjoni dwar jekk kuntratt ta' derivati hux sejħa (id-dritt ta' xiri ta' assi sottostanti speċifiku jew put (id-dritt għall-bejgħ ta' assi sottostanti speċifiku) jew jekk ma jkun jista' jiġi ddeterminat jekk huwiex sejħa jew put fil-ħin tal-eżekuzzjoni. F'każ ta' swaptions għandu jkun:
F'każ ta' limitu massimu u limitu minimu tkun:
Il-qasam japplika biss għal derivati li huma opzjonijiet jew ċertifikati. |
||||||||
31 |
Prezz “Strike” |
Prezz predeterminat li fih id-detentur ikollu jixtri jew ibigħ l-istrumenti sottostanti, jew indikazzjoni li l-prezz ma jistax jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni. Il-qasam japplika biss għal opzjonijiet jew ċertifikati, fejn il-prezz “strike” ikun jista' jiġi ddeterminat fil-mument tal-eżekuzzjoni. Meta l-prezz attwalment ma jkunx disponibbli iżda pendenti, il-valur għandu jkun “PNDG”. Meta l-prezz “strike” ma jkunx applikabbli, il-qasam ma jimteliex. |
||||||||
32 |
Munita tal-prezz “strike” |
Il-munita tal-prezz “strike” |
||||||||
33 |
Stil tal-eżerċizzju tal-opzjoni |
Indikazzjjoni dwar jekk l-opzjoni tistax tiġi eżerċizzata biss f'data fissa (stil Ewropew, u Ażjatiku), f'serje ta' dati speċifikati minn qabel (ta' Bermuda) jew fi kwalunkwe żmien matul il-ħajja tal-kuntratt (stil Amerikan). Dan il-qasam huwa applikabbli biss għal opzjonijiet, warrants u ċertifikati. |
||||||||
34 |
Tip ta' twettiq |
Indika jekk l-istrument finanzjarju huwa mwettaq b'mod fiżiku jew fi flus kontanti. Meta ma tistax tkun determinata t-tip ta' konsenja fil-mument tal-eżekuzzjoni, il-valur għandu jkun “OPTL”. Din it-taqsima hija applikabbli biss għal derivattivi. |
||||||||
Derivattivi ta' komoditajiet u ta' kwoti tal-emissjonijiet |
||||||||||
35 |
Prodott bażi |
Prodott bażi għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fil-klassifikazzjoni ta' komoditajiet u t-tabella tad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet. |
||||||||
36 |
Sub prodott |
Is-Sub Prodott għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fil-klassifikazzjoni ta' komoditajiet u t-tabella tad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet. Il-qasam jirrikjedi prodott bażiku. |
||||||||
37 |
Sub prodott ulterjuri |
Is-Sub Prodott Ulterjuri għall-klassi ta' assi sottostanti kif speċifikat fil-klassifikazzjoni ta' komoditajiet u t-tabella tad-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet. Il-qasam jirrikjedi sub prodott. |
||||||||
38 |
Tip ta' tranżazzjoni |
Tip ta' tranżazzjoni kif speċifikat miċ-ċentri tan-negozjar. |
||||||||
39 |
Tip ta' prezz finali |
Tip ta' prezz finali kif speċifikat miċ-ċentri tan-negozjar. |
||||||||
Derivattivi tar-rati tal-imgħax |
||||||||||
|
||||||||||
40 |
Rata ta' referenza |
Isem tar-rata ta' referenza. |
||||||||
41 |
Terminun tal-kuntratt IR |
Jekk il-klassi tal-assi hi Rati tal-imgħax, dan il-qasam jindika t-terminu tal-kuntratt. It-terminu għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin. |
||||||||
42 |
Munita nozzjonali 2 |
Fil-każ ta' multi munita jew swaps bejn il-valuti, il-munita li fiha tkun demominata l-parti 2 tal-kuntratt. Għal swaptions fejn is-swap sottostanti tkun b'ħafna valuti, il-munita li fiha tkun denominata l-parti 2 tas-swap. |
||||||||
43 |
Rata fissa tal-parti 1 |
Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment tal-parti 1 żata, jekk applikabbli. |
||||||||
44 |
Rata fissa tal-parti 2 |
Indikazzjoni tar-rata fissa tas-segment tal-parti 2 użata, jekk applikabbli. |
||||||||
45 |
Rata varjabbli tal-parti 2 |
Indikazzjoni tar-rata tal-imgħax użata, jekk applikabbli. |
||||||||
46 |
Terminu IR tal-kuntratt tal-parti 2 |
Indikazzjoni tal-perjodu ta' referenza tar-rata tal-imgħax, li tiġi stabbilita f'intervalli predeterminati b'referenza għal rata ta' referenza fis-suq. It-terminu għandu jiġi espress f'jiem, ġimgħat, xhur jew snin. |
||||||||
Derivattivi ta' kambju ta' munita barranija |
||||||||||
|
||||||||||
47 |
Munita nozzjonali 2 |
Il-qasam għandu jimtela bil-munita sottostanti 2 tal-par ta' valuti (dak tal-munita jimtela fil-qasam 13 tal-munita nozzjonali 1 waħda). |
||||||||
48 |
Tip FX |
Tip ta' munita sottostanti. |