This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D1015
Council Decision (CFSP) 2023/1015 of 23 May 2023 confirming the participation of Denmark in PESCO, and amending Decision (CFSP) 2017/2315 establishing permanent structured cooperation (PESCO) and determining the list of participating Member States
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1015 tat-23 ta’ Mejju 2023 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-PESCO, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1015 tat-23 ta’ Mejju 2023 li tikkonferma l-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-PESCO, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti
ST/9101/2023/INIT
ĠU L 136, 24.5.2023, pp. 73–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1015/oj
24.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1015
tat-23 ta’ Mejju 2023
li tikkonferma l-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-PESCO, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita bl-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 46(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li kull Stat Membri li jixtieq jieħu sehem fil-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”). |
(2) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2022, sar referendum fid-Danimarka dwar ir-revoka tal-eżenzjoni mill-parteċipazzjoni f’deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża stabbilita fl-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 tat-Trattati dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka. Dak ir-referendum irriżulta f’vot favur ir-revoka. |
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 22, permezz ta’ ittra mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tagħha fl-20 ta’ Ġunju 2022, id-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma xtaqitx tagħmel użu aktar mill-Artikolu 5 tal-Protokoll mill-1 ta’ Lulju 2022. |
(4) |
Fit-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli rċevew notifika mid-Danimarka f’konformità mal-Artikolu 46(3) TUE li d-Danimarka għandha l-intenzjoni li tipparteċipa fil-PESCO. |
(5) |
Fil-Pjan Nazzjonali ta’ Implimentazzjoni tagħha, id-Danimarka stipulat il-kapaċità tagħha li tissodisfa l-impenji l-aktar vinkolanti, li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 (1), li l-Istati membri ħadu lejn xulxin. |
(6) |
Ladarba l-kondizzjonijiet neċessarji ġew issodisfati, huwa għaldaqstant xieraq li l-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonferma l-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-PESCO. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-PESCO hija b’dan ikkonfermata.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 l-inċiż li ġej jiddaħħal wara t-tielet inċiż:
“— |
Danimarka,”. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti (ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57).