This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0278
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C-278/12 PPU
Atiqullah Adil
vs
Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State)
“Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri mill-persuni (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikoli 20 u 21 — Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni — Verifiki ġewwa t-territorju — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli tal-identità, tan-nazzjonalità u tad-dritt ta’ residenza mill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u mill-kontroll tal-barranin f’żona ta’ 20 kilometru mill-fruntiera komuni ma’ Stati oħra partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen ‐ Kontrolli intiżi għall-ġlieda kontra r-residenza illegali ‐ Leġiżlazzjoni li tinkludi ċerti kundizzjonijiet u garanziji dwar, b’mod partikolari, il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli”
Sommarju tas-sentenza
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni – Verifiki ġewwa t-territorju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonferixxi lill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u mill-kontroll tal-barranin il-kompetenza li jwettqu kontrolli f’żona ta’ 20 kilometru mill-fruntiera komuni ma’ Stati oħra partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Artikoli 3(2) TUE; 26(2) TFUE u 67(1) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, Artikoli 20 u 21)
L-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, li tippermetti lill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u tal-kontroll tal-barranin, iwettqu kontrolli f’żona ġeografika ta’ 20 kilometru mill-fruntiera tal-art bejn l-Istat Membru u l-Istati partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen, intiżi li jivverifikaw jekk il-persuni investigati jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ residenza legali applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, meta l-imsemmija kontrolli jkunu bbażati fuq informazzjoni ġenerali u l-esperjenza fil-qasam tar-residenza illegali ta’ persuni f’postijiet ta’ kontroll, meta jkunu jistgħu wkoll jitwettqu b’mod limitat sabiex tinkiseb tali informazzjoni ġenerali u data marbuta mal-esperjenza f’dan il-qasam u meta l-eżerċizzju tagħhom ikun suġġett għal ċerti limitazzjonijiet dwar, b’mod partikolari, l-intensità u l-frekwenza tagħhom. Fil-fatt, dawn il-kontrolli ma jikkostitwixxux verifiki fil-fruntieri preklużi mill-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 562/2006 u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 21(a) ta’ dan ir-regolament jipprekludi tali kontrolli biss meta jkollhom effett ekwivalenti għal dak tal-imsemmija verifiki.
Madankollu, iktar ma jeżistu indizji tal-eżistenza tal-possibbiltà ta’ effett ekwivalenti, fis-sens tal-Artikolu 21(a) tar-Regolament Nru 526/2006, li jidher mill-għan imħaddan mill-kontrolli mwettqa f’żona tal-fruntiera, tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dawn il-kontrolli u tal-eżistenza ta’ distinzjoni bejn il-bażi tal-imsemmija kontrolli u dik ta’ kontrolli mwettqa fil-kumplament tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, iktar għandhom ikunu stretti u jkunu strettament osservati l-preċiżjonijiet u l-limitazzjonijiet li jikkundizzjonaw l-eżerċizzju mill-Istati Membri tal-poteri ta’ pulizija tagħhom f’żona tal-fruntiera, sabiex ma jiġix ippreġudikat it-twettiq tal-għan tat-tneħħija ta’ kontrolli fil-fruntieri interni stabbilit fl-Artikolu 3(2) TUE, fl-Artikolu 26(2) TFUE u fl-Artikolu 67(1) TFUE u previst fl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 562/2006.
(ara l-punti 56, 57, 75, 88 u d-dispożittiv)
Kawża C-278/12 PPU
Atiqullah Adil
vs
Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State)
“Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri mill-persuni (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikoli 20 u 21 — Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni — Verifiki ġewwa t-territorju — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli tal-identità, tan-nazzjonalità u tad-dritt ta’ residenza mill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u mill-kontroll tal-barranin f’żona ta’ 20 kilometru mill-fruntiera komuni ma’ Stati oħra partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen ‐ Kontrolli intiżi għall-ġlieda kontra r-residenza illegali ‐ Leġiżlazzjoni li tinkludi ċerti kundizzjonijiet u garanziji dwar, b’mod partikolari, il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli”
Sommarju tas-sentenza
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri — Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni — Verifiki ġewwa t-territorju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonferixxi lill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u mill-kontroll tal-barranin il-kompetenza li jwettqu kontrolli f’żona ta’ 20 kilometru mill-fruntiera komuni ma’ Stati oħra partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet